Left arrow Mur Lura

360,000 EWRO F’FONDI TAL-UNJONI EWROPEA JIĠĠENERAW AKTAR IMPJIEGI

pr0406
Date Icon 22/02/2012

Kumpaniji żgħar u medji qed ikomplu jibbenefikaw minn skemi mnehdija mill-Gvern kif ukoll mill-Fondi tal-ERDF maħruġa mill-Unjoni Ewropea. Fl-aħħar tlett snin, il-kumpanija Deco Manufacturing ikkwalifikat minn dawn il-fondi li jammontaw għal aktar minn 360,000 ewro minn fost tlett sejħiet li kienu nħarġu.

Waqt li kien qed iżur il-fabbrika ta’ din il-kumpannija, Il-Ministru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żghar u l-Konsumatur Jason Azzopardi saħaq illi dawn il-fondi qegħdin jgħinu lill-imprizi żgħar u medji sabiex ikabbru l-operat tagħhom,  jinvestu f’makkinarji moderni sabiex jikkompetu ma’ livell Ewropew kif ukoll jiġġeneraw aktar impjiegi.

Il-kumpanija ila mwaqqfa għal dawn l-aħħar 25 sena u tispeċjalizza fis-settur tal-arti dekorattiva. Il-kumpanija tipproduċi, timanifattura u  timporta numru ta’ disinji oriġinali, riproduzzjonijiet ta’ kwalita għolja, arti ddisinjata fuq il-ħġieġ, arti ddisinjata fuq l-injam, kif ukoll wallpapers u posters. Il-kumpannija għandha 3 ħwienet minn fejn topera u tqassam ix-xogħol tagħha fost 90 ħanut.

Il-Ministru spjega li intraprizi bhalma hi dik tad-Deco Manufucturing huwa ezempju ħaj li ikun x’ikun in-negozju u l-kobor tieghu, dan xorta għandu potenzjal li jkabbar l-operat u l-investiment tiegħu kemm f’pajjizna kif ukoll barra minn xtutna, kif ukoll joħloq impjiegi godda.

Is-Sur George Mifsud, Direttur Maniġerjali ta’Deco Manufacturing spjega lill-Ministru Azzopardi li permezz tal-fondi tal-ERDF li l-kumpanija bbenefikat
minnha , nxtara makkinarju ġdid sabiex tipproduċi l-frames u makkinarju ieħor sabiex jiġi żviluppat l-arti fuq il-ħġieġ. Barra minn hekk l-kumpanija użat l-fondi sabiex tkun tista tieħu sehem f’fieri internazzjonali fosthom fl-Italja, l-Ingilterra u Dubai. Sar ukoll żvilupp tas-sit elettroniku f’diversi lingwi, kif ukoll ġie pprintjat l-profil tal-kumpanija f’diversi lingwi.

Permezz ta’ dawn il-fondi il-kumpanija setgħet ukoll toħloq 4 impjiegi ġodda biex issa
b’kollox timpjega 18-il persuna.Is-Sur Mifsud spjega wkoll li f’Mejju li ġej il-kumpanija se tkabbar l-operat tagħha billi tiftaħ ħanut ġdid f’San Gwann u se tkun qed timpjega żewg ħaddiema ġodda. Il-Ministru Azzopardi laqa’ b’sodisfazzjon din l-aħbar u qal li l-ftuh ta’ ħanut ġdid jixhed tkabbir fl-ekonomija ta’ pajjiżna kif ukoll żieda kontinwa fl-impjiegi. Huwa qal li fl-aħħar tnax-il xahar kien hemm żieda ta 6,000 impjieg ġdid fis-settur privat.

Il-Ministru Azzopardi ħeġġeg lin-negozji żgħar u medji sabiex apparti milli japplikaw għal dawn il-fondi, jirrikorru wkoll għal diversi skemi mnehdija mill-Gvern; fosthom il-Micro Credit u Micro Invest sabiex dawn jingħataw l-għajnuna li jixraqilhom sabiex isaħħu n-negozju tagħhom.Il-Ministru Azzopardi semma wkoll is-suċċess li l- Business First, il-one stop shop li gie mniehdi x-xahar li għadda, qed ikollu partikolarment man-negozji ż-żgħar. Huwa qal li mit-23 ta’ Jannar ta’din is-sena, meta fetaħ dan is-servizz, sa llum diġa’ ngħata servizz lil-iktar minn 500 negozju żghir. Għal ħafna minnhom dan fisser tnaqqis ta Burokrazija, inqas ħela ta’ ħin u inqas ġiri minn Dipartiment għall-iehor.

Fl-aħħar nett huwa saħaq illi kumpannija bħalma hi Deco Manufacturing għandha sservi ta’ eżempju għall-intraprizi kollha li qed jaspiraw sabiex jiftħu n-negozju tagħhom jew ikabbru l-operat tagħhom, sabiex jemmnu fil-potenzjal li huma jħaddnu u jirrikoru għall-iskemi offruti kemm mill-Gvern Lokali kif ukoll mill-fondi mill-Unjoni Ewropea.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

Aktar Stqarrijiet Right arrow