Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-GUSTIZZJA, KONSULTAZZJONI PUBBLIKA U L-FAMILJA

pr0405
Date Icon 22/02/2012

L-Oppożizzjoni Laburista tfixkel skemi tal-Awtorita’ tad-Djar


Il-Gvern u l-Awtorita’ tad-Djar fasslu skemi li permezz tagħhom qed jagħtu l-poter lill-inkwilini li jgħixu f’binijiet tal-Gvern sabiex jieħdu d-deċiżjonijiet li jaffettwawhom l-aktar mill-qrib.  Dan billi jaħtru amministraturi li jieħdu ħsieb l-assoċjazzjoni tar-residenti u l-manutenzjoni tal-binja li jkunu jgħixu fiha.

B’kuntrast l-Oppożizzjoni Laburista ma temminx fl-empowerment tal-inkwilini li jgħixu fil-binjiet tal-Gvern. Wisq anqas temmen li dawn għandhom ikunu involuti fit-teħid tad-deċiżjonijiet dwar xogħlijiet u manutenzjoni li jsiru fil-binjiet tal-Gvern fejn jgħixu.

L-Oppożizzjoni Laburista qed tagħmel minn kollox biex tfixkel it-tħaddim tal-iskemi tal-Awtorita’ tad-Djar li jfissru investiment ta’ €8 Miljun Ewro fir-riġenerazzjoni tal-oqsma tad-djar tal-Gvern. Dan joħroġ ċar mill-istqarrija maħruġa llum mill-kelliem Laburista Roderick Galdes.

Il-Gvern ifakkar li permezz ta’ żewġ skemi, u bi sħab mal-Kunsilli Lokali u mar-residenti, l-Awtorita’ tad-Djar diġa lestiet xogħlijiet f’100 binja tal-Gvern. Bħalissa għaddejjin ukoll ix-xogħlijiet fuq 50 binja filwaqt li ftit tal-ġimgħat ilu kienu ffirmati ftehim dwar manutenzjoni fuq 150 binja oħra li jridu jsiru din is-sena.

F’kull waħda minn dawn il-binjiet fl-oqsma tad-Djar, qed titwaqqaf assoċjazzjoni tar-residenti kif stipulat bil-liġi. L-għan ta’ din l-assoċjazzjoni hu li tipprovdi għall-manutenzjoni u t-tindif tal-binja, kif ukoll biex tiffaċilita l-komunikazzjoni bejn l-Awtorita` tad-Djar, il-Kunsilli Lokali u r-residenti. Ir-responsabbiltajiet tal-assoċjazzjonijiiet tar-residenti hu li jinkoraġixxu lir-residenti sabiex ikollhom sehem attiv ħalli tinżamm l-ordni fil-binja u biex ix-xogħol ta’ manutenzjoni u rranġar isir bi qbil bejn ir-residenti.

L-Amministratur tal-Assoċjazzjoni tar-residenti jingħata inċentiv talli jieħu/tieħu din ir-responsabbilta’. Dan l-inċentiv hu f’forma ta’ ħlas ta’ €150 fis-sena u żieda addizzjonali ta’ €10 fis-sena għal kull appartament ieħor f’każ li jkun hemm iktar minn 12-il appartament fil-binja.

Il-Gvern għandu 1,209 binja fi 52 lokalita’ u l-ħsieb tal-Awtorita` tad-Djar huwa li fuq medda ta’ sitt snin tkun tista’ issir il-manutenzjoni fihom. Kien għal dan il-għan li ġew allokati €1 Miljun kull sena għal sitt snin bit-tir li jitranġaw 200 binja fis-sena. €675,000 kienu allokati għal skema ta’ riġenerazzjoni fil-madwar tal-binja.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

Aktar Stqarrijiet Right arrow