Left arrow Go Back

STQARRIJA TAD-DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA

pr0404
Date Icon 22/02/2012

Id-Dipartiment tas-Saħħa matul l-aħħar xahrejn ħa numru ta’ inizjattivi sabiex jindirizza d-domanda addizzjonali għall-kura ġewwa l-isptar Mater Dei minn bosta anzjani vulnerabbli li sfaw milquta minn mard respiratorju u mard ieħor assoċjat mat-temperaturi baxxi aktar mis-soltu li ġew irreġistrati din ix-xitwa.  Kuljum mill-bidu ta’ Jannar, ġew ammessi fl-isptar Mater Dei medja ta’ ħamsa u għoxrin (25) pazjent aktar mill-istess perjodu s-sena li għaddiet.

Sabiex jilqa’ għal din id-domanda strordinarja għal aktar sodod, id-Dipartiment tas-Saħħa ħa numru ta’ inizjativi.  Dawn jinkludu:

1. Żieda ta’ madwar 30 sodda fil-kumpless ta’ San Vinċenz de Paul u kompla jixtri aktar sodod mill-privat.

2. Fil-ġranet li għaddew, daħlu l’ fuq minn 50 pazjent f’ Żammit Clapp San Ġiljan li ġiet ikkonvertita f’ nursing home għall-anzjani morda.

3. Fl-isptar ta’ Riabilitazzjoni Karin Grech, tkompla ir-refurbishment u b’fondi addizzjonali għar-riżorsi umani u apparat, id-Dipartiment ikun ukoll f’pożizzjoni li jżied is-sodod f’dan l-isptar ukoll.

B’danakollu d-domanda għas-sodod tant żdiedet li d-Dipartiment kellu jirrikorri sabiex iżid minn 2-3 sodod f’ċertu swali fl-isptar Mater Dei. B’hekk hemm numru ta’ swali fejn bħalissa n-numru ta’ pazjenti tela’ minn 24 għal 26 jew 27.

Sfortunatament, l-MUMN ma qablitx ma’ din il-miżura li skont l-MUMN żiedet il-pressjoni u x-xogħol fuq l-infermiera u għaldaqstant qiegħda titlob lid-Dipartiment jikkunsidra biex iżid in-numru ta’ infermiera sostanzjalment u b’mod permanenti.

Id-Dipartiment tas-Saħħa jirrikonoxxi li l-infermiera kollha fis-settur tas-saħħa ħadmu taħt aktar pressjoni f’dawn l-aħħar xaharejn speċjalment l-infermiera ta’ l-Emerġenza u jirringazzja lill-ħaddiema kollha fis-settur tal- impenn u dedikazzjoni tagħhom.

Madankollu d-Dipartiment tas-Saħħa mhuwiex f’qagħda li jikkontempla żieda sostanzjali fil-kompliment tax-xift ta’ l-infermiera b’mod permanenti bi nhar u bil-lejl ġewwa s-swali fejn żdiedu biss 2-3 sodod minħabba li dan ma jkunx l-aktar mod effettiv u effiċjenti li bih jintużaw r-riżorsi umani. Id-Dipartiment huwa lest, izda li jipprova jtaffi l-piż permezz ta’ infermiera li jaħdmu bħala day nurses f’dawn is-swali u fil-dipartiment tal-Emerġenza.

Id-Dipartiment jappella sabiex l-infermiera jkomplu jagħtu sehemhom kif dejjem għamlu mill-aħjar li jistgħu għall-ġid ta’ l-anzjani u l-pazjenti fil-bżonn.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

More Press Releases Right arrow