Left arrow Mur Lura

RIŻULTAT POŻITTIV HEKK KIF L-MAĠĠORANZA KBIRA TAL-KUNSILLI LOKALI JISSOTTOMETTU L-KONTIJIET TAGĦHOM FIŻ-ŻMIEN STIPULAT

pr0403
Date Icon 22/02/2012

Din is-sena, għall-ewwel darba minn meta twaqqfu l-kunsilli lokali fl-1994, kważi l-kunsilli lokali kollha ta’ Malta w Għawdex, issottomettew il-Management Financial Accounts għall-awditjar fiż-żmien stipulat mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali.

Dan jikkontrasta ferm mas-sitwazzjoni li kienet irreġistrata s-sena li għaddiet meta kienu biss tlieta l-kunsilli li ssottomettew l-accounts tagħhom fil-ħin. Ta’ min ifakkar ukoll li d-Dipartiment kien impona penali fuq dawk il-kunsilli l-ssottomettew il-kontijiet tagħhom tard.

Dan ir-riżultat pożittiv li qed jiġi reġistrat din is-sena jgħati raġun lill-Gvern li fl-aħħar xhur saħaq partikolarment fuq l-importanza li dan l-eżerċizzju importanti jsir b’mod diliġenti u fil-ħin mill-kunsilli lokali kollha. L-għoti ta’ rendikont ċar tal-użu li jkun sar mill-fondi pubbliċi u t-taxxi taċ-ċittadin huwa element indispensabbli u eżempju konkret ta’ gvernar għaqli (good governance).

Għalkemm, tul is-snin dejjem kien hemm numru ta’ kunsilli lokali li ssottomettew dawn ir-rapporti tard, din kienet l-ewwel darba li prattikament il-kunsilli lokali kollha ssottomettewhom fil-ħin. L-uniku kunsill li din is-sena ser ikun qiegħed jibgħathom wara ż-żmien stipulat huwa dak ta’ Ħaż-Żebbuġ (Malta). Jidher illi f’dan il-każ kien hemm bżonn ta’ xi reviżjonijiet fl-accounts kif ippreżentati mill-accountant tal-Kunsill.  Il-Kunsill ta’ Ħaż-Żebbuġ qed jaħdem biex jikkonkludi l-eżerċiżżju fl-iqsar żmien possibbli

Id-Dipartiment għall-Gvern Lokali u l-Uffiċċju tal-Awditur ilhom għal dawn l-aħħar snin jaħdmu flimkien biex ikun hemm titjib kemm fiż-żamma tad-deadlines tar-rapporti tal-awdituri kif ukoll sabiex il-management accounts ikunu magħmulin b’mod korrett. 

Fis-16 ta’ Jannar ta’ din is-sena d-Dipartiment għall-Gvern Lokali organizza seminar għas-Segretarji Eżekuttivi kollha kif ukoll għall-dawk l-impjegati li qegħdin fil-pool tas-Segretarji Eżekuttivi.  Matul dan is-seminar uffiċċjali mill-Ufficcju Nazzjonali tal-Awditur (NAO) kienu elenkaw diversi nuqqasijiet illi l-awdituri tal-gvern lokali kienu jidentifikaw meta jagħmlu l-awditjar tal-kunsilli lokali. Dan sabiex dawn in-nuqqasijiet ma jerġgħux jirrepetu ruħhom. Ġie spjegat ukoll l-importanza li jinżammu id-deadlines kollha fejn jidħol l-awditjar tal-Kunsilli Lokali filwaqt li ingħatat gwida dwar id-dokumenti l-ġodda li s-Segretarji Eżekuttivi kienu ser jibdew jużaw biex jippreparaw l-Estimi Finanzjarji tagħhom kif ukoll ir-Rapport Finanzjarju ta’ kull tliet xhur.

L-isforz kollettiv li sar mill-Kunsilli Lokali din is-sena ser jgħin biex issa anki l-awditjar u is-sottomissjoni tar-rapporti tal-awdituri isir fil-ħin.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

Aktar Stqarrijiet Right arrow