Left arrow Mur Lura

STQARRIJA TAL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU

pr0400
Date Icon 22/02/2012

L-Oppożizzjoni terġa' tgħawweġ diskors tal-Prim Ministru

Wara li lbieraħ Dott. Muscat għawweġ diskors tal-Prim Ministru, llum l-Oppożizzjoni Laburista permezz tad-deputat Laburista Leo Brincat reġgħet qed tkompli tqarraq u tgħawweġ diskors tal-Prim Ministru. 

Peress li l-Onor. Leo Brincat ma ppubblikax it-twegiba tal-Prim Ministru flimkien mal-Mistoqsija Parlamentari biex ikun jista' jgħawweġ dak li qal il-Prim Ministru, l-Uffiċċju tal-Prim Ministru qed jippublikaha ma’ din l-istqarrija:

Mistoqsija Parlamentari 31973. L-ONOR. JESMOND MUGLIETT  staqsa lill-Prim Ministru:  Issa li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar m'għadhiex tagħmel parti mir-responsabilità diretta tal-Prim Ministru, jista' l-Prim Ministru jgħid kif il-Policy Advisory Unit se jikkoordina l-ippjanar strateġiku fl-oqsma tal-ippjanar mal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?

ONOR. LAWRENCE GONZI:  Matul il-proċess tal-konsultazzjoni pubblika dwar ir-riforma tal-MEPA, l-proposta ta’ unit fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru għall-politika tal-iżvilupp u tal-ambjent ġiet żviluppata fil-ħsieb ta’ unit li jieħu rwol aktar wiesgħa fil-politika strateġika tal-Gvern. Għalhekk twaqqaf il-Policy Advisory Board fl-Uffiċċju tiegħi bil-għan li jkun l-advisory board tal-Gvern fuq materji ta’ policy.  Dan il-Board iservi wkoll bħala l-management board tal-Management Efficiency Unit. Peress li r-remit tal-Policy Advisory Board jestendi għall politika strateġika tal-Gvern fl-oqsma kollha, dan il-Bord jaħdem mal-Ministeri u entitajiet kollha skont il-kas partikolari u għalhekk bidliet li jista’ jkun hemm fil-portfolios tal-Gvern ma jaffetwawx l-operat tagħha.

Dan ifisser li l-Policy Advisory Board għandu funzjoni ħafna usa' minn dik settorjali li tirrigwarda l-MEPA li taqa' taħt il-Ministru De Marco.

Id-diskors tal-bieraħ ta' Dott Muscat u l-istqarrija tad-deputat Leo Brincat hi xhieda ċara tat-tgħawwiġ qarrieqi tal-fatti mill-Oppożizzjoni Laburista.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

Aktar Stqarrijiet Right arrow