Left arrow Go Back

IL-KUNSILL LOKALI TAL-IMQABBA JIKSEB FINANZJAMENT MILL-UE GĦAL PROĠETTI TIEGĦU

pr0385
Date Icon 21/02/2012

Il-Ministru tal-Intern u Affarijiet Parlamentari Carm Mifsud Bonnici żamm laqgħa mal-Kunsill Lokali tal-Imqabba li matulha ġew diskussi diversi punti dwar l-andament ta’ dan il-Kunsill kif ukoll id-diversi proġetti li l-Kunsill nieda f’dawn l-aħħar snin.

Fost il-proġetti ewlenin li qed jitwettqu minn dan il-Kunsill hemm dak tat-titjib ta’ diversi toroq f’din il-lokalità li qed isir f’eżerċizzju pilota li qed isir bi sħab bejn il-Kunsill, il-Gvern Ċentrali u l-privat.

Proġett ieħor li qiegħed isir ix-xogħol ta’ tħejjija fuqu u li ser jiġi varat fil-futur qarib huwa l-proġett tal-Pjazza tal-Mentna li għalih il-Kunsill Lokali ngħata l-fondi mill-Unjoni Ewropea. Dan il-proġett hu intenzjonat biex itejjeb l-ambjent tal-inħawi ta’ madwar il-pjazza li hija meqjusa bħala wirt importanti peress li tifforma parti minn heritage trail li qed tiġi mfassla għal dawk li jżuru l-postijiet storiċi ta’ din iż-żona.

Fi tmiem il-laqgħa l-Ministru rringrazzja lill-Kunsill immexxi mis-sindku Noel Galea  għax-xogħol siewi li qiegħed iwettaq u ħeġġu jibqa’ miexi fuq l-istess passi biex jassigura li r-residenti jkunu moqdija kif huwa xieraq u l-kwalità tal-ħajja tagħhom tkompli titjieb.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

More Press Releases Right arrow