Left arrow Go Back

GĦADDEJJIN IX-XOGĦLIJIET FUQ IZ-ZUNTIER TA’ ĦAŻ-ŻEBBUĠ

pr0372
Date Icon 20/02/2012

Il-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali, George Pullicino, u l-Assistent Parlamentari Philip Mifsud, illum żaru x-xogħlijiet li jinsabu għaddejjin fuq iz-zuntier ta’ Ħaż-Żebbuġ. Ix-xogħol jinkludi t-tibdil tal-pavimentar kollu taz-zuntier fuq kobor ta’ madwar 630 metru kwadru. Ix-xogħlijiet fuq dan il-proġett jinkludu; sistema ġdida għad-dranaġġ u l-ilma, restawr tal-arbli tad-dawl eżistenti, installazzjoni ta’ dwal biex tiġi illuminata l-faċċata tal-knisja, rampa u poġġaman ġdid għall-persuni b'diżabilità, kif ukoll tibdil ta’ turġien minn dawk eżistenti għal dawk maħdumin mill-ġebel tal-qawwi.

Il-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali qed jipprovdi l-materjal filwaqt li dan se jkun imqiegħed minn kuntrattur ikkumisjonat u mħallas mill-Parroċċa. Il-proġett kollu mistenni jieħu madwar 3 xhur u se jiġi jiswa madwar €100,000.

Il-Ministru Pullicino fakkar li l-Gvern fl-aħħar snin ħadem biex ikompli jsebbaħ u jtejjeb l-ispazju urban kif ukoll sar xogħol ta’ restawr biex ikun imħares il-patrimonju Malti. F’dan ir-rigward huwa qal li f’dawn l-aħħar 4 snin ta’ ħidma tal-Ministeru ġew irrestawrati 14-il kappella filwaqt li se jkunu ġew imsebbħa 10 znieter madwar il-pajjiż.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

More Press Releases Right arrow