ŻJARA MILL-MINISTRU GĦAS-SAĦĦA TAL-LIBJA
pr0360
20/02/2012
Il-Ministru għas-Saħħa tal-Libja, l-E.T. Dr. Fatma Hamroush bdiet żjara f’pajjiżna. Matul dawn il-ġranet il-Ministru Hamroush se tkun qed tiltaqa’ mal-Ministru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità, Joe Cassar sabiex jiġu evalwati l-possibilitajiet varji ta’ kooperazzjoni f’dan is-settur bejn iż-żewġ pajjiżi. Għal dan il-għan ukoll, għada t-Tlieta ser isir business lunch għall-imprendituri Maltin u Għawdxin li huma involuti fil-qasam tas-saħħa.
Il-Ministru Hamroush, li qed tmexxi delegazzjoni Libjana, se tiltaqa’ mat-tmexxija ta’ diversi dipartimenti fi ħdan is-servizzi tas-saħħa kif ukoll ma’ numru ta’ pazjenti Libjani li jinsabu fi sptar privat.
Other Press Releases:
PR262018
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...
PR262017