Left arrow Mur Lura

IPPROTEGI RUHEK MILL-PERIKLI LI GGIB MAGHHA L-KESHA

pr0359
Date Icon 19/02/2012

Il-Ministeru ghas-Sahha, l-Anzjani u Kura fil-Komunita’ jenfasizza l-bzonn li kulhadd jiehu hsieb li  jzomm ruħu sħun matul ix-xhur kiesħin tax-xitwa. Temperaturi baxxi jistgħu jkunu ta’periklu għall- anzjani, trabi, tfal żgħar u  persuni li qed ibagħtu b’xi kundizzjoni  kronika.

Matul dawn il-jiem u anke waqt l-ahhar sieghat kienu diversi l-persuni li kellhom bzonn assistenza medika minhabba kazi ta’ hypothermia.

Biex wieħed jevita dawn l-effetti, huwa mportanti li:
•        Wieħed jevita kemm jistaq jkun li joqgħod fil-kesħa.

•        Iżomm l-ambjent fejn ikun sħun. Il-bini għandu jkun insulat mill-kesħa, u purtieri, twieqi u bibien magħluqa jnaqqsu l-bżonn ta’sħana addizzjonali biex tinżamm temperatura adegwata fil-kmamar.

•        Wieħed għandu jaċċerta ruħu illi jkollu heaters u anki riserva ta’ fuel għal dawn. Fjammi miftuħa għandhom jiġu miżmuma ‘l-bogħod minn materjal li jista’ jieħu n-nar bħal  purtieri, għamara u ħwejjeġ.

•        Hu aħjar li wieħed jilbes diversi saffi ta’ħwejjeġ minflok saff wieħed oħxon.

•        Meta wieħed joħroġ barra, għandu jilbes xi għata mar-ras (bħal beritta jew kappell) u/jew xalpa.

•        Wieħed għandu regolarment jixrob xarbiet sħan u jiekol mill-anqas ikla waħda sħuna matul il-ġurnata. Li wieħed jiekol regolarment jgħin biex iżomm livell t’enerġija għoli matul ix-xitwa.

•        Wieħed għandu jiċċekkja regolarment lill-anzjani u persuni li jbatu minn kondizzjonijiet kroniċi.

•        Wieħed għandu kemm jista’ jkun jżomm ruħu attiv. Persuni li jbatu minn kundizzjonijiet ta’ mard tal-qalb għandhom pero` jevitaw taħbit fiżiku f’temperaturi baxxi.

•        Sintomi ta’ hypothermia huma: tkexkix ta’ bard kontinwu, għejja u nuqqas t’enerġija, ġilda kiesħa u pallida  u f’każi serji anki stat konfuzjonarju, polz debboli u li wieħed jista’  jintilef minn sensieħ.

•        F‘każ ta’ dubju wieħed għandu jikkonsulta  ma’ tabib.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  Report by the Auditor General on the Workings of Local Government for the year 2025

PR262016en

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE Report by the Auditor General o...

Aktar Stqarrijiet Right arrow