TINĦADEM PRINJOLATA TA’ 300 KILOGRAMMA FIL-FAĊILITÀ KORRETTIVA TA’ KORDIN
Numru ta’ priġunieri u uffiċċjali korrettivi fil-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin ingħaqdu flimkien biex ħadmu prinjolata li tiżen ‘il-fuq minn 300 kilogramma.
Din l-inizjattiva nibted biex fi żmien tal-karnival kull priġunier jingħata sehem min din prinjolata u b’hekk din it-tradizzjoni Maltija titgawda anke fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. Il-priġunieri li ħadmu l-prinjolata offrew li mhux igawdu minnha huma biss imma anke li jaqsmuha mat-tfal fid-djar tal-Creche tas-Sorijiet Ursolini.
Il-prinjolata intiżnet uffiċjalment fil-preżenza ta’ nutar maħtur mill-awtoritajiet tal-Guiness Book of World Records. Hemm il-possibilità għalhekk li din l-inizjattiva tkun rikonoxxuta fil-Guiness Book of Records jekk jirriżulta li din inħadmet skont ir-regoli ta’ din l-organizzazzjoni.
Id-Dipartiment tas-Servizzi Korrettivi jirringrazzja lill-erbgħin kumpannija u anke l-individwi li pprovdew l-ingredjenti kollha kif ukoll l-attrezzi meħtieġa biex din l-inizjattiva tkun tista tirnexxi.
Stqarrijiet Oħra:
PR262017
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...
PR262016en