Left arrow Go Back

TINĦADEM PRINJOLATA TA’ 300 KILOGRAMMA FIL-FAĊILITÀ KORRETTIVA TA’ KORDIN

pr0358
Date Icon 19/02/2012

Numru ta’ priġunieri u uffiċċjali korrettivi fil-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin ingħaqdu flimkien biex ħadmu prinjolata li tiżen ‘il-fuq minn 300 kilogramma.

Din l-inizjattiva nibted biex fi żmien tal-karnival kull priġunier jingħata sehem min din prinjolata u b’hekk din it-tradizzjoni Maltija titgawda anke fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.  Il-priġunieri li ħadmu l-prinjolata offrew li mhux igawdu minnha huma biss imma anke li jaqsmuha mat-tfal fid-djar tal-Creche tas-Sorijiet Ursolini.

Il-prinjolata intiżnet uffiċjalment fil-preżenza ta’ nutar maħtur mill-awtoritajiet tal-Guiness Book of World Records. Hemm il-possibilità għalhekk li din l-inizjattiva tkun rikonoxxuta fil-Guiness Book of Records jekk jirriżulta li din inħadmet skont ir-regoli ta’ din l-organizzazzjoni.

Id-Dipartiment tas-Servizzi Korrettivi jirringrazzja lill-erbgħin kumpannija u anke l-individwi li pprovdew l-ingredjenti kollha kif ukoll l-attrezzi meħtieġa biex din l-inizjattiva tkun tista tirnexxi.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

More Press Releases Right arrow