Left arrow Mur Lura

STQARRIJA TAL-MINISTERU GHAS-SAHHA, L-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITA’

pr0357
Date Icon 19/02/2012

Stqarrija b’risposta għad-diskors ta’ Joseph Muscat

Grazzi lill-ħaddiema tas-Saħħa.  Il-kritika ta’ Joseph Muscat tattakka l-ħidma sfieqa tagħhom.


Il-Ministeru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita’ jirringrazzja lill-ħaddiema kollha fil qasam tas-Saħħa tad-dedikazzjoni tagħhom u tal-kura li jagħtu lill-persuni li jkunu għaddejjijn minn żminijiet diffiċli ta’ saħħa. 

Il-kritika taI-Kap tal-Oppożizzjoni hi ndirizzata lejn l-impenn tal-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa.  Hu wkoll bis-saħħa tagħhom li aktar nies qed jingħataw servizzi u kura medika.  Għalhekk, il-kritika ta’ Joseph Muscat hi nġusta. 

L-iSptar Mater Dei  ħa diversi deċiżjonijiet wara konsultazzjoni maċ-Chairpersons tad-dipartimenti tal-isptar u kienu konsulenti u infermiera li ħadu d-deċiżjoni li tiżdied sodda fil-kmamar.  Dan huma deċiżjonijiet li ttieħdu b’mod kliniku fl-interess tal-pazjenti sabiex dawn jingħataw servizzi aħjar fid-dipartiment tal-emerġenza u fis swali. 

Il-Ministeru jagħraf il-ħidma qawwija li jagħmlu l-ħaddiema kollha tal-iSptar Mater Dei u dawk fil-qasam tas-saħħa.  Bis-saħħa tagħhom,  is-sena li għaddiet saru aktar minn sitt miljun test tad- demm.  Bis-saħħa tagħhom ukoll, fost affarijiet oħra, fl-2011 saru kwazi 44,000 operazzjoni, li jfisser żieda ta’ 11,000 operazzjoni fuq dawk li kienu jsiru fl isptar San Luqa.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  Report by the Auditor General on the Workings of Local Government for the year 2025

PR262016en

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE Report by the Auditor General o...

Aktar Stqarrijiet Right arrow