STQARRIJA TAL-MINISTERU GHAS-SAHHA, L-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITA’
Stqarrija b’risposta għad-diskors ta’ Joseph Muscat
Grazzi lill-ħaddiema tas-Saħħa. Il-kritika ta’ Joseph Muscat tattakka l-ħidma sfieqa tagħhom.
Il-Ministeru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita’ jirringrazzja lill-ħaddiema kollha fil qasam tas-Saħħa tad-dedikazzjoni tagħhom u tal-kura li jagħtu lill-persuni li jkunu għaddejjijn minn żminijiet diffiċli ta’ saħħa.
Il-kritika taI-Kap tal-Oppożizzjoni hi ndirizzata lejn l-impenn tal-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa. Hu wkoll bis-saħħa tagħhom li aktar nies qed jingħataw servizzi u kura medika. Għalhekk, il-kritika ta’ Joseph Muscat hi nġusta.
L-iSptar Mater Dei ħa diversi deċiżjonijiet wara konsultazzjoni maċ-Chairpersons tad-dipartimenti tal-isptar u kienu konsulenti u infermiera li ħadu d-deċiżjoni li tiżdied sodda fil-kmamar. Dan huma deċiżjonijiet li ttieħdu b’mod kliniku fl-interess tal-pazjenti sabiex dawn jingħataw servizzi aħjar fid-dipartiment tal-emerġenza u fis swali.
Il-Ministeru jagħraf il-ħidma qawwija li jagħmlu l-ħaddiema kollha tal-iSptar Mater Dei u dawk fil-qasam tas-saħħa. Bis-saħħa tagħhom, is-sena li għaddiet saru aktar minn sitt miljun test tad- demm. Bis-saħħa tagħhom ukoll, fost affarijiet oħra, fl-2011 saru kwazi 44,000 operazzjoni, li jfisser żieda ta’ 11,000 operazzjoni fuq dawk li kienu jsiru fl isptar San Luqa.
Other Press Releases:
PR262018
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...
PR262017