Left arrow Go Back

STQARRIJA TAL-MINISTERU GHAS-SAHHA, L-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITA’ - Risposta ghall-istqarrija tad-Deputat Laburista Marie Louise Coleiro Preca

pr0354
Date Icon 18/02/2012

L-Oppożizzjoni tixħet kritika bl-addoċċ u taqa’ f’kontradizzjonijiet

Il-Ministeru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita jinnota li l-Oppożizzjoni fin-nuqqas ta’ argumenti serji, issa spiċċat tibbaża l-kritika tagħha fuq it-temp kiesaħ li ħakem lill-Ewropa u lil pajjizna matul dawn l-aħħar ġimgħat.

L-iSptar Mater Dei ħa divesi deċiżjonijiet wara konsultazzjoni maċ-Chairpersons tad-dipartimenti tal-isptar u kienu konsulenti u infermiera li ħadu d-deċiżjoni li tiżdied sodda fil-kmamar.  Dan huma deċiżjonijiet li ttieħdu b’mod kliniku fl-interess tal-pazjenti sabiex dan ma jithallewx fid-dipartiment tal-emerġenza. Li Marie Louise Coleiro Preca tikkrika dan ukoll, turi li tixhet il-kritika bl-addocc u taqa’ f’kontradizzjonijiet

Huwa wkoll tal-mistħija kif l-Oppożizzjoni prattikament ikkupjat stqarrija li ħarġet aktar kmieni din il-ġimgħa minn union.  Anke dan jindika li l-Oppożizzjoni ma tafx li l-infermiera huma rappreżentati minn zewg unions.  Fil-fatt l-Oppożizzjoni ma ndunatx li dawn il-miżuri jissarfu wkoll f’sistemi aħjar ta’ xogħol għal dawk li jaħdmu fl-Emerġenza li jagħtu kura lil medja ta’ 300 persuna kuljum li jattendu f’dan id-dipartiment. Dawn il-ħaddiema, issa qed jiġu injorati mill-Oppożizzjoni wara li ġew użati meta ppreżentaw petizzjoni.

L-Oppożizzjoni Laburista, minkejja l-għexieren ta’ stqarrijiet li toħrog baqgħet qatt ma għamlet proposti.  Lanqas dwar is-saħħa.  L-Oppożizzjoni saħansitra oġġezzjonat meta ġiet mistoqsija dan, u staqsiet għalfejn qed tiġi mistoqsija għal pjanijiet simili!  L-Oppozizzjoni jinteressa l-poter u mhux is-sahha tan-nies.  Is-sahha tuzaha biex tilhaq l-ghan taghha.

Il-Ministeru jappella wkoll lill-Oppożizzjoni biex ma tużax il-ħaddiema tal-isptar għall-iskopijiet politiċi tagħha. 

Sadattant, għall-kuntrarju ta’ dak li qiegħed iseħħ fi sptarijiet oħra Ewropej, u minkejja din iż-żieda drastika fin-numru ta’ pazjenti, l-iSptar Mater Dei baqa’ joffri s-servizzi kollha tiegħu, zied is-servizzi li jinghataw u zdiedu l-pazjenti li jinghataw il-kura. 

Dan baqa’ jsir anke meta kien hemm min appella biex jitwaqqfu l-operazzjonijiet fuq il-pazjenti, liema suġġeriment sar anke lill-Oppożizzjoni u li dwarha qatt ma ħadet pożizzjoni u ma kelliex il-kuragg tghid li ma taqbilx għaliex bezgħet li tidher kerha ma’ min kien qieghed jghid li ghandhom jitwaqqfu l-operazzjonijiet.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

More Press Releases Right arrow