Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA, KONSULTAZZJONI PUBBLIKA U FAMILJA B’RISPOSTA GHAL-ISTQARRIJA TAL-OPPOZIZZJONI MAĦRUĠA LLUM DWAR IL-MOSTA

pr0353
Date Icon 18/02/2012

Il-Kunsill tal-Mosta ma applikax għal skema ta’ €8 miljun biex jirranġa fost l-oħrajn il-housing estate tal-Mosta
Il-Kunsill Lokali tal-Mosta iddeċieda li ma japplikax għal skema ta’ €8 miljun fejn fost l-oħrajn setgħa għamel proġett fl-inhawi ta’ Mlit fil-Mosta.  Din hi skema li l-Gvern qed jagħmel permezz tal-Awtorita’ tad-Djar biex jgħin lill-Kunsilli Lokali jagħmlu titjib għall-familji fil-housing estates.  Is-Sindku tal-Mosta ġie mistieden biex jattendi għal-laqgħa li saret f’Settembru 2010 dwar din l-iskema ta’ benefiċċju għar-residenti pero’ ma attendiex.  Minbarra li ma attendiex, ma bagħat lil ħadd floku jirraprezenta lill-Mosta.  Minkejja li l-Kap Ezekuttiv tal-Awtorita’ tad-Djar talbu li jiltaqa’ miegħu, u ħallieh siegħa u nofs jistenna, il-Kunsill tal-Mosta xorta ma applikax.
L-iskema ta’ titjib tal-housing estates hi waħda minn sensiela li għamel il-Gvern biex il-Kunsilli Lokali jieħdu inizjattivi favur ir-residenti tal-lokalita’ tagħhom.  Skema oħra li ħoloq il-Gvern hi li jagħti fondi apposta lill-Kunsilli biex jagħmlu toroq residenzjali bit-tarmac.  Anki hawn ir-residenti tal-Mosta tħallew jaqgħu lura sew, imqabbla ma’ lokalitajiet oħra.  Mill-2010 ‘l hawn il-Kunsilli Lokali kollha f’Malta u Għawdex għamlu bejniethom 300 triq bit-tarmac.

L-oppozizzjoni fl-istqarrija tagħha qalet li “b’mod stramb l-istqarrija ħarġet mill-Ministeru tal-Ġustizzja u mhux mill-Ministeru inkarigat mill-Kunsilli Lokali - jingħad li ngħatat skema mill-Awtorità tad-Djar għall-Housing Estates”.  Jidher car li dan jew rega kien kumment frott l-għaġla jew inkella l-oppozizzjoni ma tafx kif inhuma l-portafolli tal-Ministeru.  L-Awtorita’ tad-Djar illum taqa’ taħt il-Ministeru tal-Ġustizzja, il-Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja.  Għalhekk ma hemm xejn stramb li din l-istqarrija ħarġet minn dan il-Ministeru.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

More Press Releases Right arrow