Left arrow Mur Lura

TITNIEDA UFFIĊJALMENT L-AGENZIJA NAZZJONALI KONTRA D-DOPING

pr0351
Date Icon 18/02/2012

“Jeħtieġ nissalvagwardjaw l-integrita tal-isport anke billi nżommuh ħieles minn kull abbuż ta’ sustanzi projbiti.” Dan qalu l-Onor Clyde Puli, Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport waqt it-tnedija uffiċjali tal-Agenzija Nazzjonali ta’ kontra d-Doping (NADO) li se tkun qed tiġġieled l-użu ta’ sustanzi projbiti fl-isport.

Clyde Puli spjega kif fl-2009, il-Kunsill Malti għall-iSport ġie rikonoxxut uffiċjalment bħala l-Organizzazjoni Nazzjonali kontra d-doping mill-WADA (World Anti Doping Agency). Huwa qal li sussegwentament bdiet ħidma biex issir it-transpożizzjoni tal-kodiċi ta’ regolamenti ta’ kontra d-doping tal-WADA fil-liġi Maltija. Dan wassal biex fl-2011 ġie ippreżentat avviż legali fil-Parlament li permezz tiegħu twaqqfet in-NADO u daħlu fis-seħħ ir-regolamenti kontra d-doping.

Sussegwentament, pajjiżna irratifika l-konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa u l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra d-doping. Aktar tard matul is-sena twaqqfet l-agenzjia NADO li tinkludi l-Anti Doping Commission, l-Anti Doping Disciplinary Board, l-Anti Doping Appeals Board u t-Therapeutic Use Exemptions Committee. Sa issa ġie ingaġġat koordinatur tal-Agenzija Nazzjonali ta’ kontra d-doping u bħalissa qed jiġu ingaġġati d-doping control officers.

In-NADO waqqaf ‘Registered Testing Pool’ li jinkludi atleti ta’ livelli Nazzjonali u Internazzjonali li jistgħu jiġu mitluba jissottomettu ruħhom għal test tad-doping. Dan il-bord se jkollu s-setgħa li jagħmel ukoll testijiet ad-hoc waqt kompetizzjonijiet sportivi fuq kwalunkwe atleta. Il-kampjuni imbagħad jintbgħatu barra minn Malta, f’laboratorju akkreditat mill-WADA biex jiġu eżaminati.

Inkarigu ieħor tan-NADO hu li jfassal programm ta’ edukazzjoni dwar id-doping u l-effetti negattivi li għandhom dawn is-sustanzi fuq il-ġisem tal-atleta, inkluż kampanja ta’ informazzjoni fost l-atleti u l-għaqdiet sportivi dwar il-proċeduri li se jidħlu fis-seħħ.

Puli tenna li l-Gvernijiet Ewropej jirrikonoxxu li din it-theddida għall-isport qedgħa dejjem tikber filwaqt li ikkwota  informazzjoni li ta l-President tal-IOC Jacques Rogge li turi li f’20 sena in-numru ta’ dawk li għamlu użu minn ċerti stimulanti pprojbiti kiber minn 5% għal 20%.

Dan is-seminar kien indirizzat ukoll miċ-Chairman tal-KMS, Bernard Vassallo; miċ-Chairperson tal-Anti-Doping Commission, Maria Mifsud Bonnici, minn National Anti-Doping Coordinator, Ignatius Zammit, u membri oħra tan-NADO.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  Report by the Auditor General on the Workings of Local Government for the year 2025

PR262016en

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE Report by the Auditor General o...

Aktar Stqarrijiet Right arrow