Left arrow Go Back

VARAT PROĠETT ĠDID FOST IL-KOPERATTIVI MALTIN

pr0347
Date Icon 17/02/2012

"Lil hinn mill-Bieb", hija inizjattiva ġdida li qed titella’ mill-Kumitat Nazzjonali ta’ Malta għas-sena internazzjonali tal-Koperattivi 2012.  Fl-ewwel preżenza tiegħu mal-koperattivi Maltin minn mindu ġie maħtur Ministru, l-Onorevoli Jason Azzopardi, Ministru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u l-Konsumatur stqarr illi s-settur tal-koperattivi jifforma parti integrali mill-Portafol tal-Ministeru tiegħu u li l-Gvern hu kommess li jagħti l-importanza li jixraqlu dan is-settur.

Is-Sur Michael Mercieca, Chairman tal-Kumitat Nazzjonali għas-sena tal-Koperattivi saħaq li din is-sena hija waħda importanti, dan għaliex in-Nazzjonijiet Uniti għarfet is-sena 2012 bħala s-sena internazzjonali ddedikata għall-Koperattivi. Huwa qal ukoll li matul is-snin saru sforzi kbar sabiex l-koperattivi jwasslu b’mod aħjar il-messaġġ tagħhom u dan sar permezz ta’ tnedija ta’ website ġdid, magazines informattivi, kif ukoll preżenza fi programmi tar-radju u televiżjoni.

L-proġett ta’ dalgħodu kien maqsum f’diversi workshops li huma ffukati sabiex jinħolqu ideat ġodda u sabiex jingħata aktar tagħrif u taħrig dwar kif il-koperattivi jistgħu jagħmlu użu tajjeb mill-mezzi ta’ komunikazzjoni. Fost it-temi li ntagħżlu għall-workshops ġie analizzat fid-dettall kif wieħed jista’ jagħmel użu tajjeb mill-mezzi tax-xandir, kif wieħed jirriklama l-prodott tiegħu, kif wieħed jippreżenta l-prodott tiegħu, kif wieħed jagħmel użu tajjeb tal-marketing fuq l-internet u s-social media, kif ukoll kif wieħed jitkellem fil-pubbliku.

Il-Ministru Azzopardi qal illi workshops bħal dawn se jkunu qed jikkonsolidaw ix-xogħol kollettiv tal-koperattivi. Huwa spjega li f’Malta hawn 65 koperattiva li bejniethom jagħmlu madwar 70 miljun qligħ fis-sena.  "Dan jagħtina inkoraġġiment kbir sabiex inkomplu nemmnu fi sħiħ fil-potenzjal li jħaddnu l-koperattivi f’pajjiżna."

Dalgħodu wkoll ġiet mnedija l-website il-ġdida www.malta2012.coop, għas-sena Internazzjonali ddedikata lill-koperattivi, fejn fiha wieħed jista’ jsib informazzjoni dettaljata u avvenimenti li jiġu organizzati minn żmien għall-ieħor.

Fl-aħħar nett il-Ministru Azzopardi awgura lill-Kumitat Nazzjonali għall-ħidma sfieqa li qed titwettaq fi ħdan il-koperattivi,  kif ukoll  ħeġġeg lill-koperattivi preżenti sabiex ikomplu jirriflettu l-bżulija, is-sagrifiċċji u s-sens ta’ intrapriża li huma jħaddnu.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  Report by the Auditor General on the Workings of Local Government for the year 2025

PR262016en

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE Report by the Auditor General o...

More Press Releases Right arrow