Left arrow Go Back

POYC - BIDLIET FIL-ĠBIR TA MEDIĊINI MINĦABBA Ż-ŻIEDA FIN-NUMRU TA’ SPIŻERIJI - Ikompli l-proċess ta’ reġistrazzjoni

pr0346
Date Icon 17/02/2012

Il-Ministeru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità jirringrazzja lill-pubbliku tal-kooperazzjoni li wera matul il-proċess ta’ estensjoni tas-servizz tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek fil-lokalita’ ta’ Ħal-Luqa, Ħal-Safi, Ħal-Kirkop, l-Imqabba, il-Qrendi, Iż-Żurrieq, il-Gudja, Ħal-Għaxaq, Ħal-Tarxien, Santa Lucia, il-Marsa u l-Floriana.

Il-Ministeru jfakkar li pazjenti li joqogħdu fit-tnax-il lokalità msemmija u li għandhom il-Kartuna s-Safra, kif ukoll dawk li huma intitolati għall-mediċini tad-diabete u li s’issa għadhom jiġbru l-mediċini  tagħhom mill-Ispiżeriji taċ-Ċentri tas-Saħħa tar-Raħal Ġdid, ta’ Ħal-Luqa u tal-Floriana, li dan is-servizz ser jiġi sospiż b’effett minn nhar is-Sibt 25 ta’ Frar, 2012.  Għaldaqstant, dawk il-persuni li joqogħdu fil-lokalitajiet imsemmija u li għadhom ma rreġistrawx ma’ spiżerija fil-komunita’ huma mitluba jagħmlu dan mill-aktar fis sabiex jkunu jistgħu jibdew jiġbru l-mediċina minn spiżerija tal-għażla tagħhom.

Il-Formola uffiċjali tar-Registrazzjoni għall-Iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek tista’ tiġi ffirmata kemm mit-tabib/a privat/a kif ukoll mit-tobba taċ-Ċentri tas-Saħħa.  Il-Formola tar-Reġistrazzjoni mimlija, għandha tittieħed lura għand l-ispiżerija li l-pazjent ikun irreġistra magħha.  Flimkien mal-Formola tar-Reġistrazzjoni l-pazjent għandu jibgħat ukoll kopja tal-Karta tal-Identità u kopji tal-Kartun u l-Permessi kollha li jintitolawh għal mediċini b’xejn.

Dawk il-persuni li huma intitolati għall-mediċini oħra li jaqgħu taħt il-Kartuna r-Roża, jistgħu jibdew jiġbru dawn il-mediċini mill-ispiżerija taċ-Ċentru tal-Floriana.

Għar-Reġistrazzjoni għandha tintuża BISS il-Formola uffiċjali pprovduta mid-Dipartiment tal-POYC.

Il-Ministeru jirringrazzja lill min ikkontribwixxa biex din l-iskema tkompli tkun implimentata b’suċċess, bir-riżultat li eluf ta’ persuni li qabel kienu jinqdew minn ħames spiżeriji, issa qed jinqdew minn l-ispiżerija tal-għażla tagħhom fil-komunità.   Illum, 73,000 persuna qed jiġbru l-mediċini b’xejn minn 160 spiżerija li jinsabu mifruxa f’59 lokalità madwar Malta u Għawdex.  

Min għandu bżonn ta’ aktar informazzjoni għandu jċempel fuq dawn in-numri tat-telefon: 2248 1800  / 2210 6350.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  Report by the Auditor General on the Workings of Local Government for the year 2025

PR262016en

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE Report by the Auditor General o...

More Press Releases Right arrow