Left arrow Mur Lura

ID-DIPARTIMENT TAL-PROTEZZJONI ĊIVILI ISAĦĦAĦ IL-KAPAĊITAJIET GĦAL OPERAZZJONIJIET TA’ SALVATAĠĠ TAĦT IL-BAĦAR

pr0341
Date Icon 16/02/2012

Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili illum inawgura apparat ġdid li ser ikun qed isaħħaħ konsiderevolment il-kapaċitajiet tiegħu f’operazzjonijiet ta’ salvataġġ taħt il-baħar.

Is-sezzjoni tal-għaddasa, li hi komposta minn tmien uffiċċjali tad-Dipartiment u tliet voluntieri, taħdem f’sitwazzjonijiet ta’ salvataġġ ta’ nies li jkunu sabu ruħhom diffikultajiet fil-baħar jew f’postijiet li jintużaw għall-ħażna tal-ilma bħal ġwiebi, ġibjuni u bjar. Dawn l-aħħar sentejn, din is-sezzjoni ġiet mgħammra b’tgħamir ġdid biex il-membri tagħha jkunu jistgħu jaqdu l-funzjonijiet tagħhom b’aktar effiċjenza.  Fost dawn, ta’ min wieħed isemmi l-wet-suits ġodda li jilbsu l-membri u tgħamir speċjalizzat biex dawn l-għaddasa ikunu jistgħu jaħdmu f’aktar fond (tri-mix) u jdumu aktar taħt l-ilma (re-breathers). Dawn l-uffiċċjali ġew imħarrga wkoll sabiex ikunu jistgħu jaħdmu f’fond sa mitt metru taħt l-ilma. 

Barra minn hekk, membri tal-istess Dipartiment ħadmu fuq vann biex jiġi użat f’operazzjonijiet ta’ salvataħħ f’dan il-qasam.  Il-modifikazzjonijiet magguri fuq il-vann kollha saru minn membri tad-Dipartiment u x-xogħol. Ix-xogħol fuq il-vettura inkluż l-istallazzjoni ta’ tgħamir ta’ telekomunikazzjoni bażiku biex ikun jista’ jintuża bħala ċentru ta’ kontroll fuq il-post tal-inċident sar b’investiment ta’ madwar €24,000.  Id-Dipartiment issa għandu wkoll mezzi ta’ komunikazzjoni biex operaturi minn fuq l-art ikunu jistgħu jikkomunikaw direttament mal-għaddasa u jaraw x’qed jiġri taħt l-ilma. L-ivestiment totali li sar f’din it-taqsima tul l-aħħar sentejn jiżboq il-€100,000.

Ta’ min wieħed isemmi li din it-taqsima ħadmet fi ħmistax-il operazzjoni ta’ salvataġġ matul is-sena 2011 u kienet impenjata biex toffri servizz ta’ sigurta’ matul diversi attivitajiet li seħħew fuq il-baħar matul l-istess sena.

Il-Ministru tal-Intern u Affarijiet Parlamentari, l-Onor. Carm Mifsud Bonnici waqt din il-preżentazzjoni qal li waħda mill-isfidi tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili hija dik li jrid jaddatta ruħu għall-bżonnijiet tal-pajjiż. Dan isir b’investiment kostanti u sostanzjali fix-xiri ta’ tagħmir ġdid u teknoloġiji innovattivi.

Il-Ministru żied jgħid: “Hekk kif pajjiżna qed isir aktar attrajenti għat-turiżmu tad-diving u aktar persuni qed jiġu Malta biex jipprattikaw dan l-isport, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili huwa ippreparat aktar minn qatt qabel biex joffri servizz sħiħ ta’ emerġenza lil din l-industrja ta’ turiżmu speċjaliżżat. L-istess jista jingħad għal industriji lokali oħra li jiddependu esklussivament fuq il-baħar li jdawwarna. Huwa ta’ komfort għalija bħala ċittadin Malti li nkun naf li dan id-Dipartiment huwa ippreparat biex jilqa għal kull emerġenza li tista tinħoloq taħt l-ilma.”

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  Report by the Auditor General on the Workings of Local Government for the year 2025

PR262016en

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE Report by the Auditor General o...

Aktar Stqarrijiet Right arrow