PROĊESS TA’ KONSULTAZZJONI DWAR IR-RAPPORT IMSEJJAĦ “RELAZZJONI TAL-KUMMISSJONI TA’ INKJESTA FUQ L-AĊĊIDENTI FIL-KMARAR TAN-NAR”
Fil-11 ta’ Novembru 2011, il-Kummissjoni ta’ Inkjesta magħmula mill-Prof. Alfred J. Vella bħala Chairman u l-membri Victor Axiak, Servolo Delicata u Joseph Theuma ippreżentat rapport lill-Onorevoli Carmelo Mifsud Bonnici rigward l-inċidenti fil-kmamar tan-nar, flimkien ma’ proposti dwar kif is-settur jista’ jsir aktar sigur.
Dan ir-rapport jinsab online fuq is-sit tal-Ministeru għall-Intern u Affarijiet tal-Parlament:
http://mjha.gov.mt/MediaCenter/PDFs/1_Accidenti%20Piroteknici_Relazzjoni%20final%203_11-11-11.pdf
Ser isir proċess ta’ konsultazzjoni rigward dan ir-rapport li se jkun immexxi minn Task Force magħmula mis-sinjuri Nazju Abela, Charles Mangion u Godwin Abela. Kull min jixtieq jagħmel sottomissjonijiet bil-mitkub rigward ir-rapport u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu, kif ukoll suġġerimenti oħra, huwa mitlub li jindirizza dawn il-kummenti hekk kif ġej:
Permezz tal-e-mail fuq: fireworksconsultation.mhpa@gov.mt, jew inkella f’dan l-indirizz:
Fireworks Consultation
c/o Policy Development Directorate
Ministry for Home and Parliamentary Affairs
33, House of Catalunya
Marsamxetto Road
Valletta VLT 1850
Kwalukwe sottomissjoni għandha tintbagħat sa mhux aktar tard minn nhar it-Tnejn, 30 ta’ April 2012. It-Task Force ser tagħmel evalwazzjoni tal-kummenti u suġġerimenti, liema kummenti u suġġerimenti jinżammu kunfidenzjali. Fl-aħħar tal-proċess ta’ konsultazzjoni jinħareġ rapport li jelenka dawk ir-rakkomandazzjonijiet li t-Task Force tikkonsidra li jistgħu jkunu implementati.
Other Press Releases:
PR262017
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...
PR262016en