Left arrow Go Back

AKTAR ĦADDIEMA JIDĦLU F’IMPJIEG B’RIŻULTAT TAL-INIZJATTIVI TAL-GVERN

pr0330
Date Icon 15/02/2012

L-inizjattivi li qed jieħu l-Gvern biex jinħolqu aktar impjiegi u biex aktar nies jidħlu fid-dinja tax-xogħol qed jagħtu riżultati.

Bejn Settembru 2010 u Settembru li għadda l-ħaddiema jaħdmu bi qligħ żdiedu bi 3,311 li 70% minnhom huma impjiegi full time.  Matul l-istess perjodu l-impjiegi full time żdiedu b’2,305 u dawk part time żdiedu b’1,006.

L-aktar żieda fl-impjiegi kienet riżultat ta’ aktar nisa fis-suq tax-xogħol, li żdiedu b’2,714, l-aktar fil-qasam tas-saħħa u dak soċjali, l-edukazzjoni u attività ta’ negozju.

Il-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol, Dolores Cristina, qalet li l-Gvern qed jieħu diversi inizjattivi fil-qasam tax-xogħol u biex iħajjar aktar nies jidħlu fid-dinja tax-xogħol.  Hi qalet li l-Gvern qed jagħti tnaqqis fl-income tax lill-ommijiet li jibqgħu f’impjieg wara li jkollhom it-tfal u lill-ommijiet li jidħlu f’impjieg wara li jkunu ilhom neqsin mid-dinja tax-xogħol.

Hi qalet ukoll li l-Gvern qed iżid ic-Childcare Centres u l-ġenituri li jibagħtu lit-tfal f’dawn iċ-ċentri qed iħallsu anqas income tax. Dolores Cristina żiedet li l-Gvern qed jiftaħ ukoll Ċentri 3 – 16 fejn it-tfal jieħdu sehem fi programmi edukattivi wara l-ħin tal-iskola. Dawn huma kollha inizjattivi li qed iwasslu biex ir-rata ta’ nisa f’impjieg tiżdied. Barra minn hekk il-Gvern qed joħroġ skemi biex iħajjar aktar investiment ġdid f’pajjiżna li qed jirriżulta f’aktar xogħol u impjiegi għall-ħaddiema.

73% tal-impjiegi kollha jipprovdihom is-settur privat filwaqt li 27%  biss huma fis-settur pubbliku.

F’Għawdex kien hemm żieda ta’ 2.6% fl-ammont ta’ ħaddiema u llum hemm 11,374 persuna jaħdmu f’Għawdex, żieda ta’ 285 persuna jaħdmu fuq Settembru 2010.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  Report by the Auditor General on the Workings of Local Government for the year 2025

PR262016en

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE Report by the Auditor General o...

More Press Releases Right arrow