Left arrow Mur Lura

IŻ-ŻMIEN TA’ STENNIJA GĦALL-OPERAZZJONIJIET TAL-KATARETTI JITNAQQAS MINN ĦAMES SNIN GĦAL SENA U NOFS

pr0329
Date Icon 15/02/2012

579 persuna tagħmel l-operazzjoni tal-kataretti fil-privat imħallsa mill-Gvern

Grazzi għal ħidma bl-iskop li jkompli jonqos iż-żmien ta’ stennija għall-operazzjonijiet, fi żmien sena tnaqqas drastikament iż-żmien ta’ stennija għall-operazzjonijiet tal-kataretti.  Il-Ministru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità, Joe Cassar, ħabbar li ż-żmien ta’ stennija għall-operazzjonijiet tal-kataretti tnaqqas minn ħames snin għal sena u nofs.

Dan seħħ ukoll grazzi għal ftehim li l-Gvern għamel mal-privat. Waqt żjara fil-Klinika Saint Anne’s, il-Ministru Joe Cassar ħabbar li bis-saħħa ta’ dan il-ftehim 579 persuna bbenfikaw minn operazzjoni tal-kataretti b’xejn fil-Klinika Saint Anne’s u l-Isptar Saint James. Fl-istess waqt in-numru ta’ operazzjoniet tal-kataretti fl-Isptar Mater Dei kompla jiżdied.

Il-Ministru Joe Cassar qal li matul is-sena li għaddiet fl-Isptar Mater Dei kienu saru total ta’ 2,438 operazzjoni tal-kataretti, li fil-fatt diġà kienet żieda fuq is-sena 2010. Il-Ministru Cassar ħabbar ukoll, li minkejja li ż-żieda fl-operazzjonijiet li saru fl-2011 kienet waħda sostanzjali, in-numru ta’ operazzjonijiet tal-kataretti li saru fl-Isptar Mater Dei matul Jannar 2012 diġa huwa aktar minn dawk li saru f’Jannar 2011.  Fil-fatt f’Jannar ta’ din is-sena saru 263, filwaqt li f’Jannar 2010 kienu saru 199.

Joe Cassar qal ukoll li filwaqt li bħal dan iż-żmien sena kien hemm 5,600 persuna jistennew biex issirilhom l-operazzjoni tal-kataretti, din is-sena hemm 3,735. Dan l-aħħar numru jinkludi wkoll każijiet ġodda li jiżdiedu mal-lista kuljum. Bħalissa qed isiru operazzjonijiet lil persuni li daħlu fil-lista f’Awwissu, Settembru u Ottubru tal-2010.

Dan huwa r-riżultat ta’ serje ta’ inizjattivi li ttieħdu bis-sehem tal-professjonisti varji. Il-Ministru fakkar li b’kollox, fl-Isptar Mater Dei fl-2011 saru total ta’ 43,747 operazzzjoni, li tfisser żieda ta’ 1,952 fuq is-sena 2010 u żieda ta’ 11,000 operazzjoni fuq l-aħħar sena sħiħa tal-Isptar San Luqa.

Fi tmiem l-attività, il-Ministru Joe Cassar ħabbar li l-Gvern se jkun qiegħed jinvesti fi ftehim ieħor mal-privat, din id-darba dwar proċeduri Arthroscopy u Arthroscopic Surgery.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  Report by the Auditor General on the Workings of Local Government for the year 2025

PR262016en

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE Report by the Auditor General o...

Aktar Stqarrijiet Right arrow