Left arrow Mur Lura

STQARRIJA TAL-MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT

pr0314
Date Icon 13/02/2012

Il-Gvern jinnota d-deċiżjoni tal-kumpanija ta’ credit rating Moody’s li tirriklassifika r-rating ta’ Malta fost numru ta’ pajjiżi oħra Ewropej.

Għal darb’oħra, Moody’s tiġġustifika din id-deċiżjoni fil-kuntest ta’ deterjorament tal-qagħda ekonomika u finanzjarja fl-Ewropa, u l-inċertezza marbuta mar-riformi istituzzjonali li qed isiru fuq livell Ewropew biex tissolva din il-kriżi.  Dan qed iħalli impatt fuq il-fiduċja tal-investituri u għalhekk Moody’s tirrevedi ‘l isfel il-potenzjal ta’ tkabbir ekonomiku.  L-istqarrija ta’ Moody’s tirreferi għall-impatt li  l-miżuri ta’ awsterita’ li qed jieħdu pajjiżi oħra u li se jkollhom impatt, fost l-oħrajn, fuq it-turiżmu fl-Ewropa.  Dan it-tnaqqis fir-rata ta’ tkabbir ekonomiku jippreżenta sfidi akbar fil-qasam tas-sostenibbiltà finanzjarja.

Din is-sitwazzjoni ssaħħaħ il-politika tal-Gvern li jrażżan in-nefqa finanzjarja tiegħu, u li jsaħħaħ l-investiment f’dawk l-oqsma li jixprunaw it-tkabbir ekonomiku u ħolqien tal-impjiegi.

Il-Gvern jinnota li pajjiżna rnexxilu jkompli jbaxxi d-defiċit, wara li fl-2010, fl-eqqel tal-kriżi internazzjonali, kien wiehed minn zewg pajjiżi biss li baxxew id-defiċit fl-Unjoni Ewropea. Dan wassal lill-Kummissjoni Ewropea biex f’Jannar 2012, tfaħħar id-deċiżjonijiet tal-Gvern li wasslu biex itejjeb il-qagħda finanzjarja tiegħu u b’hekk tiddeċiedi li twaqqaf l-azzjonijiet kontra pajjiżna fil-qafas tal-proċeduri ta’ defiċit eċċessiv. Il-Kummissjoni Ewropea esprimiet il-fiduċja li d-deċiżjonijiet u l-politika tal-Gvern fil-qafas tal-Baġit 2012 għandhom iwasslu biex is-sitwazzjoni finanzjarja titjieb b’tali mod li din is-sena d-defiċit jerġa’ jitniżżel taħt il-limitu ta’ 3% tal-PGD, li huwa l-limitu aċċettabbli fil-qafas tal-Patt ta’ Tkabbir u Stabbilità. Il-Fond Monetarju Internazzjonali saħansitra ddeskriva dan it-tnaqqis bħala wieħed mill-akbar fost il-pajjiżi avvanzati.

Għal din is-sena, il-Gvern qed jimplimenta sensiela ta’ inizjattivi mmirati biex jattiraw lejn pajjiżna aktar investiment u jibqa’ jkollna tkabbir ekonomiku f’setturi differenti.  Dan qed isir bi skemi differenti favur is-sidien tan-negozji Maltin, biex dawn jespandu l-operat tagħhom, f’aktar inizjattivi biex jiżdied l-investiment barrani, f’investiment kapitali u infrastrutturali li jiġġenera aktar attivitità ekonomika u f’żieda fil-budgets allokati għall-Awtorità Maltija tat-Turiżmu biex jiżdied ir-reklamar ta’ pajjiżna quddiem dawn l-isfidi.   Il-Gvern hu impenjat li pajjizna permezz tal-iskemi li qed jinħolqu u l-ħidma biex jiżdied l-investiment jinħoloq aktar xogħol għall-ħaddiema Maltin u Għawdxin.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  Report by the Auditor General on the Workings of Local Government for the year 2025

PR262016en

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE Report by the Auditor General o...

Aktar Stqarrijiet Right arrow