Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL

pr0308
Date Icon 13/02/2012

Il-PL ikompli jħawwad dwar l-Edukazzjoni

Il-Partit Laburista qed ikompli jmeri s-sewwa magħruf dwar l-edukazzjoni f’Malta f’attentat iddisprat biex jipprova jtappan ir-riżultati tajba li qed jinkisbu f’dan il-qasam tant importanti għal pajjiżna.

F’konferenza stampa li għamel illum Owen Bonnici,  kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Edukazzjoni Ogħla, Universita’, Riċerka u Kultura, kompla jipprova jitfa’ dubju fuq is-suċċess fil-qasam edukattiv billi jinterpreta ċ-ċifri b’mod żbaljat.

Owen Bonnici għamel riferenza għal dak li qal il-Ministru Chris Said dwar ir-rata ta’ studenti li jkomplu l-istudju f’pajjiżna fejn sostna li l-perċentaġġ ta’ dawn żdied minn 45.8% għal 63.1%, żieda ta’ 17.3% fi żmien ħdax-il sena.  Dawn iċ-ċifri jirriżultaw mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika u jirreferu għal dawk iż-żgħażagħ li għandhom bejn 18 u 24 sena u li komplew l-istudji tagħhom jew temmew b’suċċess edukazzjoni f’livell ogħla mis-sekondarja.

L-istess kelliem Laburista qal li dan jikkuntrasta bil-kbir ma’ dak li qal ftit ilu l-Prim Ministru waqt żjara fl-Iskola Sekondarja Ogħla meta qal li n-numru ta’ żgħażagħ li komplew jistudjaw żdied minn 43% għal 73%.  Din l-istatistika toħroġ minn stħarriġ li tagħmel il-Kummissjoni Nazzjonali għal Edukazzjoni Ogħla. Owen Bonnici qed iħawwad żewġ ċifri kompletament differenti.  Dak li rrifera għalih il-Prim Ministru hu n-numru ta’ persuni li għandhom 17-il sena li qed jagħmlu studji post-sekondarji li wkoll żdiedu. Dawn żdiedu bi 30% fi 12-il sena. 

Il-kelliem Laburista qal ukoll li r-rata ta’ drop outs (studenti li jibdew kors u ma jkompluhx) fl-MCAST hi ta’ 20%. Dan hu żbaljat.  Fi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 28352 li kien għamel Evarist Bartolo, kelliem Laburista għall-Edukazzjoni, il-Ministru Dolores Cristina kienet qalet li l-persentaġġ ta’ studenti li bdew is-sena akkademika 2010/2011 u ma spiċċawx is-sena kien ta’ 11.74%.

Dan juri kemm il-PL qed jipprova jqarraq dwar l-edukazzjoni biex jittanta jnaqqas mill-ħidma kbira li qed issir f’dan il-qasam.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  Report by the Auditor General on the Workings of Local Government for the year 2025

PR262016en

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE Report by the Auditor General o...

More Press Releases Right arrow