Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-KOMPETIZZJONI ĠUSTA, NEGOZJI ŻGĦAR U L-KONSUMATUR -

pr0307
Date Icon 13/02/2012

Business First - għas-sidien ta' negozju biex jiffukaw fuq in-negozju tagħhom. Joseph Muscat jagħti informazzjoni ħażina u wera li mhux konxju tal-iżviluppi li għaddejjin fl-SME’s.

Illum is-sidien tan-negozji żgħar u medji jistgħu jinqdew għall-affarijiet relatati man-negozju tagħhom mill-Business First li jinsab fl-uffiċċji tal-Malta Enterprise ġewwa l-Pietà, jew inkella permezz tat-telefon fuq 144. 

Il-Gvern fetaħ dan iċ-ċentru Business First biex dawk li għadhom qed jiftħu n-negozju kif ukoll dawk li qed ikabbru l-operat tagħhom, jistgħu jagħmlu użu minn servizz ċentralizzat mingħajr ma jkollhom imorru minn post għall-ieħor. Dan jgħaqqad aktar minn 50 servizz li qabel kienu jingħataw minn dipartimenti jew entitajiet differenti tal-Gvern.  Illum huma kollha miġbura taħt saqaf wieħed.

Business First jiffranka ħafna ħin u ġiri lis-sidien tan-negozji li b'hekk ikunu jistgħu jiffukaw iżjed fuq il-ħidma u l-operat tagħhom.

Hu għajb li l-Kap tal-Oppożizzjoni Joseph Muscat jagħti informazzjoni żbaljata lis-sidien tan-negozji żgħar u medji.  Joseph Muscat flok jagħtihom il-kuraġġ, irid jaqtalgħhom qalbhom.  Dan il-Gvern lis-sidien tan-negozji żgħar jagħtihom il-kuraġġ, l-għajnuna, jagħtihom skemi biex jinvestu u jnaqqsilhom il-burokrazija.  Id-diskors ta’ Joseph Muscat li jagħti informazzjoni ħazina tixhed nuqqas ta’ serjetà.

Fost oħrajn, Business First jilqa' applikazzjonijiet għal għadd kbir ta' servizzi mgħotija minn 19-il entità jew dipartimenti tal-Gvern u li fil-maġġoranza tal-każijiet hemm qbil biex jiġu pproċessati f'inqas minn għaxart ijiem tax-xogħol.  Is-sidien tan-negozju jistgħu jiksbu l-informazzjoni meħtieġa u japplikaw għal dawn is-servizzi permezz ta' żjara f'post wieħed ċentralizzat. Is-sidien tan-negozju jistgħu wkoll jiksbu informazzjoni dwar l-opportunitajiet ta' assistenza, finanzjament u għajnuna oħra li tingħata biex in-negozji f'Malta jkollhom suċċess. Fost dawn hemm is-servizzi, l-iskemi u l-għajnuna kollha tal-Malta Enterprise.

Fost oħrajn, mill-Business First l-imprenditur jista' jirreġistra l-kumpannija, japplika għall-VAT u jirreġistra għat-taxxa, japplika għad-dawl u l-ilma, jikseb l-awtorizzazzjoni biex jimpjega l-ħaddiema u japplika għal-liċenzji tan-negozju, kif ukoll għadd ta' servizzi b'rabta mas-settur tat-turiżmu.

Minbarra din l-inizjattiva l-Gvern fetaħ diversi skemi biex sidien ta’ negozji zgħar ikunu jistgħu jinvestu aktar u b’hekk itejbu d-dħul għalihom u għall-familji tagħhom u joħolqu aktar impjiegi ġodda.  Dawn l-iskemi qed jissarrfu f’żieda fl-investiment privat u żieda fl-impjiegi.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  Report by the Auditor General on the Workings of Local Government for the year 2025

PR262016en

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE Report by the Auditor General o...

More Press Releases Right arrow