Left arrow Mur Lura

IL-PRIM MINISTRU SE JRESSAQ LIĠI ĠDIDA FIL-PARLAMENT: L-INTERNET DRITT ĊIVILI ĠDID

pr0293
Date Icon 11/02/2012

Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi jemmen li l-aċċess mingħajr xkiel ta’ persuna għall-Internet; id-dritt għall-informazzjoni u l-libertà tal-espressjoni permezz tal-internet; u d-dritt li jiddeċiedi x’informazzjoni jikkomunika huma drittijiet ċivili ġodda li għandhom jidħlu fil-liġijiet ta' pajjiżna.  Għalhekk il-Prim Ministru se jressaq liġi fil-Parlament li tiġġarantixxi dawn id-drittijiet ċivili ġodda f’pajjiżna.

L-Internet ġab rivoluzzjoni sħiħa fil-komunikazzjoni u l-informazzjoni u għalhekk il-Gvern irid id-drittijiet tal-individiwi jiġu mħarsa.

It-teknoloġija tal-informatika ġabet tibdil personali, soċjali, edukuattiv u ekonomiku.  Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista introduċa u firex it-teknoloġija tal-informatika f’pajjiżna.  B’mod regolari jġedded u jaġġorna l-politika tiegħu f’dan il-qasam importanti.  Dan għaliex il-Gvern jemmen li t-teknoloġija tal-informattika hi strumentali għall-iżvilupp personali u soċjali ta’ kull individwu, hi kruċjali għall-iżvilupp edukattiv tat-tfal u taż-żgħażagħ u hi kontribut mill-aktar importanti għall-ħolqien ta’ aktar impjiegi għall-ħaddiema f’pajjiżna.

Il-Gvern kien fuq quddiem biex it-tibdil li dan il-mezz ġdid ta’ komunikazzjoni ġab miegħu, ikun parti mill-istrateġija edukattiva, soċjali u ekonomika f’pajjiżna għall-ġid tal-poplu Malti u Għawdxi kollu. 

Il-Gvern qiegħed isegwi d-dibattitu li qed isir dwar l-ACTA.  Għall-Gvern hu ċar li d-drittijiet u l-privatezza tal-individwu għandhom jiġu mħarsa.  Fl-istess waqt il-liġi għandha tipprovdi għal min jabbuża u jwettaq reati kriminali permezz tal-internet.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  Report by the Auditor General on the Workings of Local Government for the year 2025

PR262016en

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE Report by the Auditor General o...

Aktar Stqarrijiet Right arrow