Left arrow Mur Lura

IL-PRIM MINISTRU JINAWGURA SPAZJU IEĦOR MIFTUĦ GĦAT-TFAL U L-FAMILJI

pr0284
Date Icon 10/02/2012

Il-Gvern qed jagħmel aktar proġetti ta’ spazji miftuħa għaliex irid l-aħjar għat-tfal u għall-ġenituri.  Qed noħolqu aktar spazji miftuħa fejn il-familji – tfal, ommijiet, missirijiet, nanniet - jistgħu jistrieħu u jqattgħu l-ħin f’ambjent mill-isbaħ. 

Waqt li jkunu qed isiru dawn il-proġetti qed jinħoloq aktar xogħol għall-ħaddiema Maltin u Għawdxin.

Dan qalu l-Prim Ministru Lawrence Gonzi li flimkien mal-Ministru għar-Riżorsi u għall-Affarijiet Rurali George Pullicino inawgura l-Ġnien Marija tal-Anġli f’Baħar ic-Cagħaq.

Il-Prim Ministru qal li fost il-proġetti li saru f’din il-leġislatura fejn l-ispazju ingħata lit-tfal u l-familji hemm l-Adventure Park, Ta’Qali, Ġnien George Bonello du Puis, Qui Si Sana, Pjazza San Ġorġ, il-Belt, Park fi Xrobb l-Għaġin, Out door gym f’Ta’ Qali, Pjazza Sant’Anna, Triq Bisazza u l-Pjazza ta’ Marsaxlokk.  Lit-tfal u lill-familji mhux biss qed nagħtuhom aktar postijiet miftuħa iżda qed nagħtu ukoll skola ġdida kull sena u aktar faċilitajiet sportivi.

Bit-twettieq tal-proġetti u aktar spazji miftuħa għall-familji qed noħolqu x-xogħol għall-ħaddiema, sostna l-Prim Ministru Lawrence Gonzi.  Waqt li llum qed ninawguraw dan il-ġnien, fost l-oħrajn għaddej xogħol ukoll fuq tliet proġetti oħra għat-tfal u l-familji, park f’Wied il-Għajn, ieħor fil-Mellieħa u ż-Żewwieqa Waterfront f’Għawdex, żied il-Prim Ministru.  Fuq dawn l-erba’ proġetti jaħdmu 120 ħaddiem.

Il-Prim Ministru qal li l-Ġnien ta’ Baħar iċ-Ċagħaq sar ftit passi ‘l bogħod minn dik li qabel kienet il-miżbla tal-Magħtab.  Il-Gvern għalaq il-miżbla u qed ineħħi l-gassijiet minnha biex din tinbidel ukoll f’park għall-familja.  Hu qal li kieku baqgħet tintuża l-Magħtab, kieku llum hi 30 sular ogħla milli hi bħalissa. 

Il-Prim Ministru temm id-diskors tiegħu billi rringrazzja lis-Sindku u lill-kunsillieri tal-Kunsill Lokali tan-Naxxar u lic-Chairperson u l-membri tal-Kumitat Amministrattiv ta’ Baħar iċ-Ċagħaq għas-sehem tagħhom fit-twettieq tal-ġnien ġdid, li ħadmu id f’id mal-Gvern. 

Waqt id-diskors tiegħu l-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali George Pullicino, filwaqt li rringrazzja lil kull min ħadem fuq dan il-proġett ta’ kwalita’ saħaq li dan il-proġett f’Baħar iċ-Ċagħaq seta jsir illum fiż-żona fejn hemm arja aktar nadifa. Dan huwa riżultat tal-fatt li l-Gvern b’mod għaqli u responsabbli għalaq il-miżbla tal-Magħtab u beda programm biex ineħħi l-gassijiet ħżiena mil-Magħtab biex tinbidel f’Park.  Hu qal li d-diossina fl-arja tal-madwar niżlet b’99%. Il-Ministru Pullicino saħaq li l-proġetti li qed isiru huma investiment fit-tfal u r-rikreazjoni tal-familji.  Il-Gvern hu impenjat li jkompli jwettaq aktar proġetti għall-ġid tat-tfal u l-familji.  Hu għamel appell kontra l-vandaliżmu u qal li wara li jsiru proġetti bħal dawn, hemm bżonn li nieħdu ħsiebhom biex iservu fit-tul. 

Dan il-ġnien li hu kbir 1,800 metru kwadru joffri numru t’attrazzjonijiet fosthom logħob għat-tfal, area biex jintlagħab il-ballun, funtana u servizz ta’ Wi-Fi b’xejn.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  Report by the Auditor General on the Workings of Local Government for the year 2025

PR262016en

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE Report by the Auditor General o...

Aktar Stqarrijiet Right arrow