Left arrow Go Back

JIGI MNIEHDI PROĠETT ĠDID TA’ 150,000 EWRO FL-IMĠARR

pr0280
Date Icon 09/02/2012

Il-Gvern se jkun qed jgħaddi art b’devoluzzjoni lill-Kunsill Lokali tal-Imġarr bl-għan li din tintuza bħala post pubbliku għall –oservazzjoni tal-ekoloġija, post ta’ rikreazzjoni sabiex jitgawda mill-pubbliku ġenerali, kif ukoll sabiex titrawwem aktar l-edukazzjoni relatata mal-wirt Malti.

Il-post identifkat huwa dak magħruf bħala tal-Kunċizzjoni fil-limiti tal-Mġarr.
Il-proġett li ġie varat dalgħodu bl-isem ta’ “I-Land Observatory Foundation”, se jkun qed jitmexxa  mill- Istitut tas-Sistemi Ambjentali fi ħdan l-Universita ta’ Malta b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali tal-Mġarr, Nature Trust Malta kif ukoll HSBC Malta li se tkun qed tiffinanzja dan il-proġett.

Preżenti għal din l-inawgurazzjoni kien hemm fost l-oħrajn il-Ministru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u l-Konsumatur Jason Azzopardi, s-Sinjura Kate Gonzi, s-Sur Paul Abela Sindku tal-Kunsill Lokali tal-Mġarr, u s-Sur Mark Watkinson CEO tal-kumpannija HSBC Malta.

Is-sit se jkun qed jilqa’ fih ukoll ċentru tal-osservazzjoni u l-interpretazzjoni, li se jitmexxa mill-Istitut tas-Sistemi Ambjentali fi ħdan l-Universita ta’ Malta. Dan se jkun possibli permezz ta’ restawr li se jsir fuq parti mis-sit li jinvolvi struttura militari. Dan iċ-ċentru se joffri l-possibilita lill- istudenti universitarji li jistudjaw f’dan il-qasam, sabiex jagħmlu xogħol fuq dan is-sit.

Il-Ministru Azzopardi  saħaq li huwa fl-interess tas-soċjeta illi l-Gvern jalloka u jgħaddi artijiet illi l-uzu esklussiv tagħhom ikun għall-skopijiet ta’ wirt ekoloġiku u kulturali. Huwa spjega kif mill-ewwel ta’ Jannar ta’ din is-sena il-Gvern għadda ħames devoluzzjonijiet lil diversi Kunsilli Lokali .

Il-sit li se jkun aċċessibli kemm b’karrozzi privati kif ukoll permezz tat-trasport pubbliku, joffri veduti mill-isbaħ u bla dubju se jkun qed jakkomoda numru kbar ta’ familji u kif ukoll dilettanti tal-astronomija, ambjentalisti, ciklisti kif ukoll artisti fost l-oħrajn.

Fost il-proposti li tpoġġew mill-Istitut tas-Sistemi Ambjentali ,  se jkun hemm tħawwil ta’ siġar ta’ speċi differenti bħala parti mir-restawr ekoloġiku, kif ukoll ir-restawr tal-barikati tal- Victorian Military li jagħmlu parti mill-Victorian Lines li kienu jintużaw fi żmien l-Ingliżi.

Fl-aħħar nett il-Ministru rringrazzja lill-HSBC Malta li se tkun qed tiffinanzja dan il-proġett. Irringrazzja wkoll lill-Kunsill Lokali tal-Imġarr illi ħadem bla hedda sabiex jigi propost dan il-proġett. Huwa saħaq illi filwaqt illi jinsab ċert li dan il-proġett se jrendi suċċess, qal illi l-Gvern se jkompli jaħdem biex jgħaddi aktar artijiet lil diversi assoċjazzjonijiet bl-iskop li titkattar l-ekonomija, l-edukazzjoni u t-turiżmu.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  Report by the Auditor General on the Workings of Local Government for the year 2025

PR262016en

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE Report by the Auditor General o...

More Press Releases Right arrow