Left arrow Go Back

ID-DIRETTUR ĠENERALI TAL-QORTI SE JAPPLIKA MAL-MEPA BIEX TINĦATT PARTI SOSTANZJALI MILL-ESTENSJONI TAL-BINI TAL-QORTI

pr0275
Date Icon 09/02/2012

Il-Gvern jirreferi għall-punti imqajma u għall-opinjonijiet espressi minn membri tal-pubbliku fil-mezzi tax-xandir, f’gazzetti u f’social networks, dwar l-estensjoni ta’ binja bejn Triq id-Dejqa u Triq l-Ifran fil-Belt Valletta, liema estensjoni saret sabiex tilqa’ l-membri tal-ġudikatura u l-membri tal-istaff tagħhom.

Konxju mis-sensittività tal-iżvilupp in kwistjoni, il-Ministru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja kien immedjatament talab laqgħa bejn id-Direttur Ġenerali tal-Qorti u uffiċjali tal-MEPA, sabiex tiġi esplorata l-possibilità ta’ soluzzjoni li tirrispetta l-importanza tal-iskyline tal-Belt Valletta u l-protezzjoni tal-wirt storiku filwaqt li tippermetti l-użu sostenibbli tal-binja.

Wara numru ta’ laqgħat li saru ttieħdet id-deċiżjoni li tinħatt parti sostanzjali tal-binja sabiex il-binja tiġi aktar ‘in-line’ mal-linja tal-appoġġ tal-bini adjaċenti minn naħa ta’ Triq id-Dejqa u jiġi eliminat l-impatt viżwali minn naħa ta’ Triq l-Ifran. Sabiex ikun jista’ jsir dan, id-Direttur Generali tal-Qorti ordna li jsiru pjanti riveduti biex jigu sottomessi lill-MEPA.  Ladarba dawn jiġu approvati, ikun jista’ jibda x-xogħol strutturali biex il-binja tiġi aġġustata.

Kif jidher mir-ritratti (photo-montages) li qed jiġu ppubblikati ma’ din l-istqarrija, dan kollu se jwassal biex jitnaqqas l-impatt viżwali tal-binja l-ġdida u jiġi rrispettat aħjar l-iskyline tal-Belt Valletta.

Ix-xogħlijiet strutturali  se jibdew wara l-approvazzjoni tal-pjanti kif proposti.  Dawn ix-xogħlijiet mhux se jibagħtu lura l-proġett tant li d-data tat-tlestija se tibqa’ kif ippjanata.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  Report by the Auditor General on the Workings of Local Government for the year 2025

PR262016en

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE Report by the Auditor General o...

More Press Releases Right arrow