Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GHAT-TURIZMU, L-AMBJENT U L-KULTURA: Investiment tal-Gvern fi skemi fit-turizmu biex issaħħaħ l-industrija u jinħoloq aktar xogħol għall-ħaddiema

pr0268
Date Icon 08/02/2012


Il-Gvern qiegħed joħroġ diversi skemi biex issaħħaħ l-industrija tat-turiżmu u b’hekk din tkun aktar kompetittiva u jinħolqu aktar impjiegi.  Il-kummenti li ghamel il-Kap tal-Oppożizzjoni Joseph Muscat dal-għodu juru li mhux aġġornat ma’ dak li qiegħed isir. 

B’riżultat tal-inizjattivi li ttieħdu, mill-aħħar ħames snin, kien hemm erba’ snin minnhom meta s-settur irreġistra riżultati rekord kemm fin-numru ta’ turisti li żaruna, fl-iljieli li qattgħu Malta u fin-nefqa tagħhom f’pajjiżna. Is-sena li għaddiet in-nefqa tat-turisti qabżet il-€1.2 biljun jew aħjar €1,240 miljun li jirrappreżenta żieda ta’ €100 miljun fuq is-sena preċedenti.

Il-Gvern ħareġ skemi għas-settur turistiku li jippromwovi s-sostenibbilita’, jsaħħu l-kompetittivita’, jiddiversifikaw il-prodott u jsostnu l-profittabilità. Dawn l-iskemi jvarjaw mill-enerġija alternattiva, titjib tal-istabbilimenti turistiċi u taħriġ tal-ħaddiema.

42 operatur turistiku ingħataw bejniethom €2.2 miljun biex jagħmlu proġetti marbuta mal-enerġija alternattiva, enerġija li tiġġedded u sistemi li jnaqqsu il-konsum tal-elettriku.  Skema oħra hi ta’ soft loans għall-operaturi turistiċi biex jinvestu fi prattiċi ta’ enerġija effiċjenti.

Il-Gvern qed joffri wkoll skema, b’ko-finanzjament tal-UE, lill-operaturi turistici biex jinvestu fi progetti ta’ turiżmu sostenibbli.  S’issa ħarġu tliet sejħiet, bl‐ewwel żewġ sejħiet iwasslu biex isiru 78 proġett, b’investiment totali fil-proġetti ta’ aktar minn €13.6 miljun ewro.

Skema oħra li ħareġ il-Gvern hi għal sussidju fuq l-imgħax sa 3% fuq self li jistgħu jieħdu s-sidien tal-lukandi u r-ristoranti biex iwettqu xogħol ta’ upgrading fl-istabbilimenti tagħhom kif ukoll biex joffru servizzi ġodda u jtejbu dawk eżistenti.  Permezz ta’ din l-iskema, s’issa kienu ppreżentati proġetti li għalihom intalab self ta’ kważi €14-il-miljun li fuqhom il-Malta Enterprise qed toħroġ sussidju fuq l-imgħax ta’ kważi €1.5 miljun.

Il-Gvern qed jinvesti wkoll fit-titjib tar-riżorsa umana permezz tal-programm ADVANCE. Dan il-programm finanzjarju ta’ tlett miljun ewro ko-finanzjati mill-Fond Soċjali Ewropew qed iħarreġ managers u supervisors li jaħdmu f’din l-industrija.  S’issa fl-ewwel sejħiet kien hemm 908 ħaddiem li ħadu jew għadhom qed jieħdu t-taħriġ u sal-aħħar tal-programm huwa stmat li se jkunu tħarrġu b’kollox 1,380 impjegat fis-settur turistiku jew persuni li jixtiequ jibdew jaħdmu fis-settur.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  Report by the Auditor General on the Workings of Local Government for the year 2025

PR262016en

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE Report by the Auditor General o...

More Press Releases Right arrow