STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT
Risposta għal dak li qal il-Kap tal-Oppożizzjoni dalgħodu: Joseph Muscat żbalja fl-aktar kunċetti finanzjarji bażiċi
Għal darb’oħra, Joseph Muscat interpreta ħażin l-istatistika dwar id-dejn tal-pajjiż u żbalja. Hu tal-iskantament kif Joseph Muscat għamel dan l-iżball.
Joseph Muscat żbalja fuq l-aktar kunċetti bażiċi ta’ kif jaħdmu l-finanzi tal-pajjiż meta qal li l-istatistika tal-Unjoni Ewropea ppubblikata l-bieraħtlura ma tagħtix stampa ċara għaliex f’dak il-kwart, ħarġu l-istocks tal-Gvern.
Id-dejn ta’ pajjiż jiżdied meta joħorġu l-istocks tal-Gvern. Minkejja dan, ir-rata ta' dejn ta’ pajjiżna naqset.
L-istatistika tal-Unjoni Ewropea kkonfermat li Malta għandha rata ta’ dejn aktar baxxa minn dik tal-medja Ewropea. Filfatt, id-dejn ta’ pajjiżna kif imkejjel mill-Eurostat huwa ta’ 70.3%, filwaqt li l-medja fl-Unjoni Ewropea hija ta’ 82.2%.
F’Jannar li għadda, il-Kummissjoni Ewropea sostniet li Malta kienet qed twettaq titjib sostenibbli fuq il-finanzi tagħha, u li kienet ħadet azzjoni effettiva biex tikkoreġi d-defiċit. Il-Fond Monetarju Ewropew min-naħa tiegħu sostna li t-titjib fil-finanzi ta’ Malta kien fost l-akbar titjib li seħħ fil-pajjiżi avvanzati. Dawn ir-rapporti dwar l-istabbilità finanzjarja ta’ pajjiżna huma importanti biex pajjiżna jibqa’ attraenti għall-investiment u joħloq aktar xogħol għall-ħaddiema.
Other Press Releases:
PR262017
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...
PR262016en