Left arrow Mur Lura

LEJN IKTAR SIGURTÀ U BON ORDNI F’PACEVILLE

pr0264
Date Icon 08/02/2012

Il-Kumitat Parlamentari dwar l-Affarijiet Soċjali jinforma lill-pubbliku in ġenerali li qed iniedi proċess ta’ konsultazzjoni fuq ir-rapport intitolat “Lejn iktar sigurtà u bon ordni f’Paceville”. Dan wara li l-Kumitat Parlamentari dwar l-Affarijiet Soċjali kien ħa l-inizjattiva biex jistħarreġ is-sitwazzjoni f’Paceville biex jara x’inizjattivi għandhom jittieħdu, sabiex jkun hemm aktar sigurtà u bon ordni.

Wara li sema’ l-kummenti tal-għaqdiet, entitajiet pubbliċi, ħaddiema li jaħdmu fl-istabbilimenti tad-divertiment f’Paceville, residenti u żgħażagħ u persuni oħra li jiffrekwentaw Paceville, il-Kumitat qed jippreżenta dan ir-rapport, li huwa wkoll it-tmien rapport dwar il-qasam soċjali, li l-Kumitat ħareġ f’din il-Ħdax-il Leġislatura.

Kopja ta’ dan id-dokument, li huwa aċċessibli fuq il-websajt tal-Parlament http://www.parliament.gov.mt/socialaffairscommittee, jevalwa l-iskop ta’ dan ir-rapport, ir-realtà, u s-suġġerimenti tal-esperti kif ukoll tal-Membri tal-Kumitat.

Għaldaqstant il-Kumitat qed jistieden lil kull min hu interessat biex jibgħat ilmenti, kummenti u suġġerimenti fuq id-dokument permezz ta’ e-mail fuq l-indirizz elettroniku tal-Kumitat sal-Ġimgħa 2 ta’ Marzu 2012. Dawn is-sottomissjonijiet li jistgħu jkunu anonimi wkoll, għandhom jintbagħtu fuq socialaffairs@parlament.mt. Jistgħu jintbagħtu wkoll bil-miktub indirizzati:

Is-Segretarja,
Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali,
Kamra tad-Deputati,
Il-Palazz,
Il-Belt Valletta.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  Report by the Auditor General on the Workings of Local Government for the year 2025

PR262016en

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE Report by the Auditor General o...

Aktar Stqarrijiet Right arrow