STQARRIJA MID-DIPARTIMENT GĦALL-GVERN LOKALI
Id-Dipartiment għall-Gvern Lokali javża lill-pubbliku li l-Avviż Legali 493 tal-2011 jipprojbixxi li jsir tipjip fil-ġonna jew playgrounds li fihom il-logħob għat-tfal.
Din il-projbizzjoni hija ristretta biss għaż-żona fejn hemm it-tagħmir tal-logħob tat-tfal.
Il-Kunsilli Lokali li għandhom responsabbliltà ta’ dawn il-ġonna jew playgrounds qed jiġu mitluba mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali biex jiddeterminaw l-konfini taż-żona u jassiguraw li l-pubbliku jkun jaf b’mod ċar li f’din iż-żona ma jistax ipejjep.
L-istess Kunsilli Lokali qed jiġu ukoll mitluba jwaħħlu tabelli li jwissu kontra kull tipjip li jsir f’xi ġnien jew playground fejn ikun hemm xi logħob għall-użu tat-tfal.
L-istess tabelli għandhom iwissu li min jinqabad jikser dan ir-regolament, ikun qed jagħmel kontravenzjoni u għaldaqstant jeħel il-multa ta’ €232.90 kif stabbilita mill-ligi
Other Press Releases:
PR262017
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...
PR262016en