Left arrow Go Back

43, 747 OPERAZZJONI FL-ISPTAR MATER DEI FL-2011

pr0249
Date Icon 07/02/2012


Matul is-sena li għaddiet, għal-darb’oħra, inqabeż in-numru ta’ operazzjonijiet li kienu saru is-sena ta qabel.  Fil-fatt, matul l-2011, fl-Isptar Mater Dei saru total ta’ 43,747 operazzjoni.

Dan ifisser żieda ta’ 1,952 operazzjoni fuq is-sena 2010.

Dan huwa l-akbar numru ta’ operazzjonijiet li qatt saru f’pajjiżna f’sena waħda, u jkompli jikkonferma l-passi ‘il quddiem li saru fl-ippjanar tal-operazzjonijiet.

Sa minn mindu nfetaħ l-Isptar Mater Dei, in-numru ta’ operazzjonijiet żdied b’mod drastiku. Fil-fatt fl-2007 in-numru ta’ operazzjonijiet kien dak ta 32,746, li jfisser 11,001 operazzjoni inqas min dak li saru s-sena li għaddiet. 




Iż-żieda fin-numru ta’ Operazzjonijiet matul l-2011 kienet konsistenti f’kull xahar tas-sena, u kien hemm żieda sostanzjali fix-xhur ta’ Jannar u Ottubru. 


Matul l-2011, minn total ta’ 43,747 operazzjoni, saru 6,948 operazzjoni ta’ emerġenza u 36,799 operazzjoni ppjanata.  Fl-2010 kienu saru  41,795 operazzjoni, li minnhom 6,448 kienu proċeduri ta’ emerġenza u 35,347 kienu proċeduri ppjanati.

Dan ifisser li fl-2011 saru 500 proċedura ta’ emerġenza, u 1,452 operazzjoni pppjanata aktar mill-2010. 

Il-Ministru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità, Joe Cassar, wera s-sodisfazzjon għal dan ir-riżultat eċċellenti. Huwa spjega kif dawn iċ-ċifri jfissru wkoll li qed titwettaq wegħda oħra elettorali, u ċioè li jitnaqqas il-ħin ta’ stennija għall-operazzjonijiet. Il-Ministru enfasizza li dan huwa riżultat ta’ inizjattivi li ttieħdu f’waqthom fl-aħħar snin sabiex isir użu aħjar mit-Teatri matul il-ġurnata.

Il-Ministru Joe Cassar irringrazzja lill-professjonisti kollha tal-Isptar Mater Dei li ħadmu flimkien biex, għal darb oħra, ikompli jiżdied b’mod sostanzjali n-numru ta’ operazzjonijiet. Dan kollu fl-interess tal-pazjent.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  Report by the Auditor General on the Workings of Local Government for the year 2025

PR262016en

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE Report by the Auditor General o...

More Press Releases Right arrow