Left arrow Go Back

IL-KEMPINSKI PREŻENZA TURISTIKA INTERNAZZJONALI F’GĦAWDEX

pr0248
Date Icon 06/02/2012


‘Il-lukanda San Lawrenz Kempinski poġġiet lil Għawdex fuq il-mappa internazzjonali turistika ta’ din il-kumpanija li topera 71 lukanda madwar id-dinja’.

Dan qalitu l-Onor. Giovanna Debono,  Ministru għal Għawdex, waqt attività li matulha ġie ċċelebrat għeluq l-għaxar anniversarju minn meta din il-lukanda bdiet titmexxa minn din il-katina ta’ lukandi rinomata fil-qasam turistiku mondjali. Il-Ministru għal Għawdex iltaqgħet ma’ wħud mill-110 ħaddiem li bħalissa huma impjegati f’din il-lukanda li matul ix-xhur tas-sajf iżżid in-numru ta’ impjegati għal madwar 160. Hija ltaqgħet ukoll mal-familja Baldacchino li huma l-proprjetarji u żviluppaturi ta’ din il-lukanda lussuża f’Għawdex.

Il-Ministru Giovanna Debono rreferiet għal dan l-anniversarju bħala tragward li jirrifletti diversi suċċessi għal dawk kollha involuti kif ukoll suċċess għal qasam turistiku f’Għawdex. Dan huwa rifless ukoll fil-fiduċja li wrew l-investituri fil-potenzjal ta’ Għawdex kif ukoll fil-kwalità tas-servizzi lussużi offruti anke permezz tal-ħila tal-ħaddiema minn din il-lukanda. Barraminhekk fisser ukoll opportunitajiet ta’ xogħol għal diversi ħaddiema Għawdxin f’Għawdex stess matul iż-żmien li ilha miftuħa din il-lukanda. Il-Ministru semmiet kif is-sena l-oħra tliet ħaddiema żgħażagħ Għawdxin ingħataw opportunità li jiksbu aktar esperjenza f’lukandi oħra mmexxija mill-katina Kempinski u b’hekk ser iżidu l-prospetti tagħhom biex jokkupaw postijiet maniġerjali mal-istess kumpanija.

Il-Ministru Giovanna Debono rreferiet għalihom bħala ‘suċċessi personali fil-qafas ta’ suċċess intraprenditorjali li jirriflettu wkoll l-opportunitajiet ta’ karrieri fil-qasam turistiku anke f’Għawdex’ filwaqt li semmiet kif tul dawn l-aħħar ħames snin is-San Lawrenz Kempinski ġiet rikonoxxuta bħala l-aqwa Spa Resort f’pajjiżna filwaqt li għal dawn l-aħħar sentejn ħadet ukoll it-titlu ta’ Spa Resort ewlenija fil-Mediterran. Hija faħħret l-inizjattiva li permezz tagħha s-San Lawrenz Kempinski għamlet użu minn skemi indirizzati lejn is-settur turistiku u permezz tagħhom kient kapaċi twettaq għadd ta’ proġetti li llum wasslu biex tikseb l-eko-ċertifikazzjoni tal-MTA filwaqt li hija konformi wkoll mal-objettivi ta’ żvilupp sostenibbli fir-rigward ta’ eko-Għawdex.

L-Onor. Frederick Azzopardi, Assistent Parlamentari fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex, attenda wkoll għal din l-okkażjoni li kienet immexxija mill-Manager, is-Sur Noel Attard.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  Report by the Auditor General on the Workings of Local Government for the year 2025

PR262016en

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE Report by the Auditor General o...

More Press Releases Right arrow