Left arrow Mur Lura

Il-PRESIDENT GEORGE ABELA JŻUR IL-FLORIANA

pr0240
Date Icon 05/02/2012

‘Il-Kunsill Lokali flimkien mal-għaqdiet volontarji għandhom f’idejhom il-polz tas-soċjeta`.’
Dan qalu l-President George Abela meta dalgħodu flimkien mas-Sinjura Abela żar il-lokalita` tal-Floriana fuq l-istedina tal-Kunsill Lokali. Waqt iż-żjara, l-President kien akkumpanjat mis-Sindku s-Sur Nigel Holland.

Iż-żjara bdiet bil-quddiesa tal-Ħadd fil-knisja tal-parroċċa u wara l-quddies, il-parruċjani kellhom l-opportunita’ jitkellmu mal-President u s-Sinjura Abela. Kien hawnhekk li l-President f’messaġġ faħħar il-ħidma tal-għaqdiet volontarji li jaħdmu f’oqsma varji: soċjali, reliġjużi, ċiviċi u sportivi. Esprima s-sodisfazzjoni tieghu meta tkellem dwar il-laqgha li kellu  nhar il-Gimgħa li għaddiet mal-ghaqdiet  li tħejjiet bħala parti miż-żjara tiegħu fil-lokal. Tkellem ukoll fuq l-għaqda li teżisti bejn il-knisja u l-każin tal-Banda illi jaħdmu id f’id sabiex il-festa tkun sabiha kemm f’dak li għandu x’jaqsam mal-briju u l-festa esterna, kif ukoll f’dak marbut mal-funzjonijiet sollenni tal-festa. Żied jgħid li dan l-aspett li għandna fil-lokalitajiet tagħna, l-ħtieġa li ningħaqdu flimkien sabiex nagħtu l-ħin tagħna, huwa valur sabiħ tagħna l-Maltin. Din l-għaqda għandna nfittxu nsibuha ukoll fid-diversita tal-opinjonijiet tagħna għalhiex filwaqt li meta qed niddisskutu opinijonijiet differenti qed insaħħu l-iżvilupp demokratiku, huwa importanti li nieħdu ħsieb lil xulxin u li ma nwegghux lil xulxin.

Il-Floriana għandha storja kbira u rat avvenimenti storiċi fiha u għadha tilqa` fiha avvenimenti kbar, anke fi żminijietna. Il-President Abela li kien akkumpanjat mis-Sinjura Abela, li għexet parti kbira minn ħajjitha fil-Floriana, irringrazzja lill-Kunsill Lokali għall-istedina kif ukoll lir-residenti tal-merħba sabiħa li ngħatat lilhom u awgura lilhom, lil-Parroċċa u l-għaqdiet volontarji ħidma fejjieda.


Il-President George Abela żar ukoll il-Kazin tal-Banda Vilhena u flimkien mas-Sinjura Abela ltaqa’ mal-anzjani fid-dar tal-anzjani fil-Floriana u mat-tfal tal-Floriana Nursery.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  Report by the Auditor General on the Workings of Local Government for the year 2025

PR262016en

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE Report by the Auditor General o...

Aktar Stqarrijiet Right arrow