Left arrow Mur Lura

STQARRIJA TAL-MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA, KONSULTAZZJONI PUBBLIKA U L-FAMILJA

pr0239
Date Icon 05/02/2012

Reġistrat progress fl-MCESD

B’referenza għall-istqarrija tal-FORUM dwar it-talba tiegħu biex jissieħeb fil-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali u dwar l-ittra mibgħuta mill-uffiċjali tiegħu lill-Gvern fl-20 ta’ Lulju li għadda.

Il-FORUM jaf li sa minn dakinhar ‘l hawn kien hemm żvilupp importanti. Fl-aħħar laqgħa tal-MCESD kien reġistrat qbil bejn l-imsieħba soċjali sabiex il-grupp ta’ ħidma dwar it-tibdil fil-kompożizzjoni tal-MCESD jingħata l-inkarigu biex jiddiskuti u jfassal parametri dwar kif għandhom jiġu ttrattati talbiet għal sħubija fl-istess MCESD.  Dan l-iżvilupp jitqies importanti għaliex sa ftit tax-xhur ilu fl-MCESD ma kienx hemm kunsens dwar x’għandu jiġri meta jkun hemm talbiet minn organizzazzjonijiet oħra biex jissieħbbu fi ħdanu.  Barra minn hekk, dan l-iżvilupp seta’ jkun possibbli grazzi għad-djalogu u l-ħidma persistenti u persważiva tal-Gvern.

Il-Gvern itenni l-pożizzjoni tiegħu li se jibqa’ jistinka biex tinstab soluzzjoni li permezz tagħha unions u għaqdiet oħra li jixtiequ jipparteċipaw fid-djalogu soċjali, jkunu jistgħu jagħmlu dan fi strutturi eżistenti u differenti. Din is-soluzzjoni tista’ tinstab biss bid-djalogu u b’ħidma bil-għaqal bejn il-partijiet kollha involuti sabiex jintlaħaq il-kunsens meħtieġ fost l-imsieħba soċjali rappreżentati fl-MCESD, li meta twaqqaf kien sar wara process wiesgħa ta’ diskussjoni u b’kunsens.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  Report by the Auditor General on the Workings of Local Government for the year 2025

PR262016en

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE Report by the Auditor General o...

Aktar Stqarrijiet Right arrow