Left arrow Mur Lura

INVESTIMENT TA’ AKTAR MINN €100,000 JISSARFU F’AKTAR IMPJIEGI

pr0235
Date Icon 04/02/2012

“Il-futur tal-pajjiż huwa mfassal fuq l-investiment tan-negozji u l-ħolqien tal-impjiegi.” Dan qalu l-Ministru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u l-Konsumatur Jason Azzopardi, waqt li kien qed jinawgura ċentru ta’ attività fiżika ġdid li jinsab fil-Pietà. Il-Ministru Azzopardi spjega kif investiment bħal dan għandu jservi ta’ eżempju għall-intraprendituri futuri.

Is-sid  ta’ dan iċ-ċentru, is-Sur Alan Curry, li huwa wkoll il-fundatur tal-Lifecycle Challenge, spjega li b’kollox se jkunu impjegati tmien ħaddiema ġodda li jinkludu fosthom nutrizzjonista, dietician u personal trainers. “Dan jixhed l-importanza sabiex jitkattru u jinħolqu aktar impjiegi” spjega l-Ministru Azzopardi.

Filwaqt li kkongratula ruħu mas-Sur Curry għas-sbuħija u l-istat eċċellenti ta’ dan iċ-ċentru , il-Ministru Azzopardi saħaq dwar l-importanza li wieħed iżomm ruħu attiv filwaqt li fl-istess ħin jgħix ħajja bilanċjata.

Huwa ħeġġeġ ukoll lin-negozjanti ġodda u dawk stabbiliti sabiex jirrikorru għall-iskemi li qiegħed joffri l-Gvern fosthom dawk tal-Micro Credit u l-Micro Invest. Spjega wkoll is-servizz il-ġdid li ġie mniedi riċentament bl-isem ta ‘Businesss First’ mill-Malta Enterprise.  Dawn l-inizjattivi kollha qed isiru sabiex il-Gvern jinċentiva u jgħin lill-intraprendituri sabiex isaħħu jew jiftħu n-negozju tagħhom.

Il-kunċett wara dan il-proġett, hekk kif spjega Alan Curry nnifsu, huwa sabiex jipprovdi taħriġ professjonali fost il-membri tiegħu u jorganizza diversi sessjonijiet fi gruppi żgħar u fuq bażi individwali.  Il-Fitness Centre jinkorpora ukoll fih area ta’ rikreazzjoni fejn wieħed ikun jista’ jirrilassa bejn sessjoni ta’ taħriġ u oħra.  Dan iċ-ċentru fiżiku jorganizza fih diversi sessjonijiet ta’ taħriġ li jvarjaw minn klassijiet ta’ erbgħin sena ‘l fuq u oħrajn li jsiru għal individwi fil-ħin prefut tagħhom.

Filwaqt li awgura lis-sid taċ-ċentru għas-suċċess ta’ dan il-ftuħ, il-Ministru Azzopardi saħaq li proġett bħal dan għandu jservi ta’ ispirazzjoni għal dawk kollha li qed jippjanaw li jinvestu fil-ftuħ ta’ xi negozju sabiex dan iwassal għal aktar investiment f’pajjiżna kif ukoll għal aktar ħolqien tax-xogħol.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  Report by the Auditor General on the Workings of Local Government for the year 2025

PR262016en

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE Report by the Auditor General o...

Aktar Stqarrijiet Right arrow