Left arrow Mur Lura

IMFAKKAR IL-JUM DINJI DWAR IL-KANĊER

pr0234
Date Icon 04/02/2012

L-Isptar Mater Dei se jsir kompletament smoke free

Madwar id-dinja fil ġurnata tal-4 ta’ Frar tinħoloq kuxjenza dwar il-mard tal-Kanċer, marda li tikkawża miljuni ta’ mwiet kull sena, fejn ħafna minnhom setgħu ġew evitati. Waqt konferenza tal-aħbarijiet għal din l-okkażjoni, il-Ministru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità qal li waħda mill-azzjonijiet inkulżi fil-pjan ta’ prevenzjoni tal-Kanċer li ġie mniedi is-sena l-oħra, hija l-ġlieda kontra t-tipjip u li llum qed inħeġġu għall waqfien mit-tipjip u dwar il-ħtieġa li titnaqqas il-prevalenza ta’ dawk in-nies li jpejpu f’pajjiżna.

Il-Ministru Joe Cassar qal li t-tipjip huwa l-akbar kawża ta’ mwiet fejn jidħol il-kanċer tal-pulmun. F’Malta fis-sena 2010, 26.6% tal-imwiet fl-irgiel u 9% tal-imwiet fin-nisa kienu kawża tal-kanċer tal-pulmun. Skont l-Organizazzjoni Dinjija tas-Saħħa madwar id-dinja kull sena jmutu 5.4 miljun minħabba l-użu tat-tabakk. L-Onor. Joe Cassar innota li t-tabakk huwa l-uniku prodott legali, li joqtol u jagħmel ħsara lill min ipejjep u lil kull min huwa espost għad-duħħan tiegħu, u huwa l-kawża waħdanija ta’ mwiet li jistgħu jiġu evitati kemm f’Malta u madwar id-dinja u minkejja l-progress kbir li sar sabiex innaqqsu l-esposizzjoni involuntarja tat-tipjip indirett jew passiv, din il-kwistjoni għada problema f’pajjiżna.

Waqt l-attività, li saret fl-Isptar Mater Dei, il-Ministru innota wkoll li r-riżultati li ħarġu mir-riċerka European Health Interview Survey li saret fit-2008 f’ Malta, indikaw li madwar 25% minn dawk il-persuni l-ipparteċipaw f’din ir-riċerka qalu li huma esposti għat-tipjip indirett, jew fuq il-post tax-xogħol, fil-postijiet pubbliċiI u sfortunatament saħansitra, wħud minnhom, anki fid-dar. Hu qal li hija ħasra li għad hemm ukoll persentaġġ li huma esposti għat-tipjip indirett fid-dar tagħhom stess.

Il-Ministru ħabbar ukoll li sabiex jiġu protetti l-pazjenti tal-Isptar Mater Dei mit-tipjip passiv u, anke jħeġġeġ oħrajn biex jieqfu jpejpu, l-Isptar se jiġi dikjarat bħala smoke free u li fiħ, u fil-propjetà kollha tal-Isptar ma jkunx jista jsir tipjip ħlief għal 3 żoni identifikati, u li huma fiżikament maqtugħin mill-bini tal-isptar.

Hu rringrazzja lill-Kumitat kontra t-tipjip tal-Isptar li b’kollaborazjoni mad-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni ħadem sabiex dan il-pass seta jseħħ.

F’pass ieħor sabiex aktar nies jieqfu mit-tipjip, il-Ministru Joe Cassar ħabbar li inħolqot inizjattiva oħra fejn jidħol il-prevenzjoni tal-kanċer u waqfien mill-vizzju tat-tipjip. Fil-fatt ser tiġi offruta għajnuna permezz ta’ servizz ta’psikoterapija lill impjegati tal-Isptar Mater Dei li jpejpu, u lesti li jippruvaw jieqfu.  Fil-fatt l-ewwel grupp beda l-bieraħ.

Prof. Stephen Montfort fakkar lil dawk il-persuni li jpejjpu li, mhux huma biss huma fir-riskju li jaqbadhom il-kanċer minħabba d-dħaħen li jibilgħu mit-tabakk. Duħħan tad-tabakk jispiċċa wkoll ġol-pulmun ta’ persuni li hemm madwarhom u li ma jpejpux bħal per eżempju t-tfal u persuni oħra li qegħdin fl-istess ambjent.  Hu qal li għaldaqstant il-pass li qiegħed jittieħed biex l-Isptar Mater Dei jiġi ddikjarat bħala smoke free, huwa wieħed importanti, għax kull min jidħol l-isptar ikun qiegħed jingħata kura sabiex isaħħaħ il-kundizzjoni ta saħħtu.

Hu qal ukoll li, bħala parti mill-pjan nazzjonali dwar il-kanċer se jitnieda programm għall-pazjenti, biex sakemm ikunu għall-kura l-isptar ikun ta’ għajnuna biex titnaqqas id-dipendenza mit-tabakk.

Dr. Charmaine Gauci qalet li riċerka li saret fir-Renju Unit wrietna li min jagħmel użu minn servizzi ta’ għajnuna għandu sa’ 4 darbiet iktar probabbiltà li jirnexxielu jieqaf darba għal dejjem. Dan meta tipprargunaħ ma’ dawk li jippruvaw jieqfu mingħajr għajnuna. Huwa mportanti wkoll u jeħtieġ li nirrikonoxxu li l-professjonisti li jaħdmu fis-saħħa għandhom ukoll ikunu mudelli li jirriflettu soċjetà b’saħħitha. Hi qalet ukoll li ser issir kampanja fuq it-televżijoni dwar it-tipjip passiv biex jitkattar aktar għarfien dwar l-importanza tal-waqfien mit-tipjip u l-passive smoking.

Ma’ dan il-vizzju hemm implikazzjonijiet ambjentali, soċjali u anki ekonomiċi fuq il-pajjiż kollu, qalet Dr. Gauci, filwaqt li faħħret il-proposti meħuda fil-Pjan Nazzjonali kontra l-Kanċer u l-Istrateġija għall-Prevenzjoni u l-Kontroll ta’ Mard li ma jitteħidx f’pajjiżna. Dawn ir-rakkomandazzjonijiet jimpenjawna għal azzjoni sħiħa fil-futur li tappoġġja u tikkumplimenta s-saħħa, billi jiġu ndirizzati diversi miżuri ta’ promozzjoni għal saħħitna.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  Report by the Auditor General on the Workings of Local Government for the year 2025

PR262016en

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE Report by the Auditor General o...

Aktar Stqarrijiet Right arrow