Left arrow Go Back

L-AWTORITÀ GĦALL-KOMPETIZZJONI U L-AFFARIJIET TAL-KONSUMATUR TIBBENEFIKA MINN FONDI TAL-UNJONI EWROPEA SABIEX TĦARREĠ L-UFFIĊJALI TAGĦHA

pr0228
Date Icon 03/02/2012

‘Il fuq minn ħamsin uffiċjal li jiffurmaw parti mill-Awtorità għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur se jkunu qed jingħataw taħriġ intensiv bl-għan li jiġi konsolidat ir-rwol tagħhom u anki sabiex ikunu jistgħu jaqdu lill-konsumatur u l-kummerċjant bl-aħjar mod possibli.

Dan spjegah dalgħodu fil-Belt Valletta, il-Ministru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u l-Konsumatur Jason Azzopardi, waqt konferenza stampa li ġiet organizzata mill-Awtorità għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur rappreżentata miċ-Chairman tal-Awtorità l-Inginier Francis Farrugia.

Il-Ministru Azzopardi spjega li t-taħrig huwa 85% iffinanzjat mill-ESF funds tal-Unjoni Ewropea u l-proġett  globali jammonta għal valur ta’ 542,649 Ewro.

“Dan it-taħriġ se jkun strumentali sabiex jikkonsolida r-rwol tant importanti li jħaddnu dawn l-uffiċjali”, sostna l-Ministru.

Fl-introduzzjoni tiegħu l-Inginier Farrugia spjega li l-Awtorità bħalissa qed taħdem fuq diversi proġetti fosthom semma li qed isiru xi spezzjonijiet fuq xi pompi tal-petrol u mwieżen bħal dawk tal-Ajruport u Supermarkets fejn sar eżerċizzju li permezz tiegħu tnaqqsu l-prezzijiet ta’ 176  mediċina.

Il-Ministru Azzopardi spjega wkoll kif parti mill-fondi se jiġu użati sabiex tiġi organizzata kampanja ta’ informazzjoni biex tqajjem kuxjenza fost il-konsumaturi u l-kummerċjanti. Din se ssir permezz ta’ riklamar kontinwu fuq it-televizjoni, fejn l-Awtorità se tkun qed tippromwovi fost firxa kbira ta’ nies, id-drittijiet u r-responsabbilità li l-konsumatur iħaddan. “Irridu illi l-konsumatur jinqeda bl-aqwa mod possibbli u jkun infurmat dwar x’inhuma d-drittijiet tiegħu l-ewwel u qabel kollox” sostna l-Ministru.

Huwa spjega li kemm it-taħrig kif ukoll l-kampanja edukattiva se jibdew dalwaqt u li l-proġett kollu se jkun mifrux fuq sentejn.

It-taħriġ fl-uffiċċju tal-Kompetizzjoni se jkun iffukat sabiex primarjament l-uffiċjali jaraw li ma jsirux abbużi b’mod partikulari f’dak li jirrigwardja intrapriżi dominanti fis-suq jew kartell u dan għad-detriment tal-konsumatur u l-kummerċjanti nfushom.

F’dak li jirrigwarda t-taħriġ għall-uffiċjali fl-uffiċċju tal-konsumatur, dawn se jkunu qed jaħdmu sabiex jippromwovu djalogu bejn il-konsumatur u l-kummerċjant u jaraw kif jistgħu jirranġaw d-diżgwid u l-problemi li jinqalgħu bejniethom. 

Il-Ministru faħħar l-inizjattiva tal-Awtorità li torganizza dan it-tip ta’ taħriġ u saħaq li dan se jservi għall-infurzar aħjar tal-liġijiet li jaqgħu taħt dawn l-uffiċċji, kif ukoll joħloq medjazzjoni aktar effettiva bejn il-konsumatur u l-kummerċjant.

Huwa semma wkoll l-importanza li tiġi mħaddna t-“Trust You scheme” fost in-negozjanti. Din l-iskema ġiet imnedija sabiex toħloq iżjed armonija u fiduċja bejn il-konsumatur u l-bejjiegħ.  Spjega li permezz ta’ din l-iskema, il-kumpaniji jkunu qed jiddikjaraw li sejrin jonoraw ‘Kodiċi ta’ Kondotta’ maħruġa mill-Awtorità Maltija għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur. B’dan il-mod il-konsumatur se jkollu l-interessi tiegħu salvagwardjati.

Fl-aħħar nett il-Ministru Azzopardi rrimarka li qed jiġi kkalkulat u previst illi wara li jitlesta dan it-taħrig, il-każijiet solvuti kif ukoll l-ispezzjonijiet fuq il-moniteraġġ tal-prezzijiet se jiżdiedu.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  Report by the Auditor General on the Workings of Local Government for the year 2025

PR262016en

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE Report by the Auditor General o...

More Press Releases Right arrow