Left arrow Go Back

IRRANĠATI DJAR GĦALL-FAMILJI

pr0224
Date Icon 03/02/2012

- Tlestew ix-xogħlijiet fuq 32 binja f’erba’ lokalitajiet
- Iffirmati ftehim ma’ 17-il Kunsill Lokali ieħor
- Titnieda l-kampanja edukattiva ‘Il-Binja Tiegħi, id-Dar Tiegħi’

Tlestew xogħlijiet ta’ manutenzjoni fuq 32 binja f’oqsma tad-djar tal-Gvern li jinsabu f’erba’ lokalitajiet differenti. Ix-xogħlijiet saru permezz ta’ żewġ skemi amministrati mill-Awtorità tad-Djar bi sħab mal-Kunsilli Lokali. 

L-iskemi, b’valur ta’ €8 miljun fuq sitt snin, huma maħsuba biex issir il-manutenzjoni fil-partijiet komuni tal-binjiet tal-Gvern, u biex issir riġenerazzjoni fl-oqsma ta’ madwar il-binijiet tal-Gvern. Filwaqt li s’issa tlestew ix-xogħlijiet fuq 32 binja fil-Birgu, Santa Luċija, Ħal Qormi u Senglea, għaddejjin ukoll ix-xogħlijiet fuq 126 binja fi 11-il lokalità oħra.

Id-dettalji ngħataw waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret fil-qasam tad-djar f’Santa Luċija u li matulha kienu ffirmati 17-il ftehim ieħor ma’ daqstant ieħor Kunsilli Lokali biex din is-sena jibbenefikaw minn dawn l-iskemi.  Barra minn hekk kienu ffirmati l-kuntratti mal-amministraturi, imqabbda mill-assoċjazzjonijiet tar-residenti rispettivi, biex jieħdu ħsieb il-binjiet fejn jgħixu.

Il-Ministru għall-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja Chris Said qal li r-riġenerazzjoni tad-djar toħloq attività ekonomika u xogħol għal setturi ta’ ħaddiema differenti fosthom ħaddiema tal-id.  Permezz ta’ dan it-titjib li qed isir igawdu eluf ta’ familji u anzjani li jgħixu f’dawn il-binjiet.

Il-Gvern għandu 1,209 binja fi 52 lokalità u l-ħsieb tal-Awtorità tad-Djar huwa li fuq medda ta’ sitt snin tkun tista’ issir il-manutenzjoni fihom. Kien ġħal dan il-għan li ġew allokati €1 miljun kull sena għal sitt snin bit-tir li jitranġaw 200 binja fis-sena. €675,000 kienu allokati għal skema ta’ riġenerazzjoni fil-madwar tal-binja.

Il-Ministru Chris Said qal li permezz ta’ dawn l-iskemi u l-kampanja edukattiva, l-Awtorità tad-Djar qed jirnexxilha tinvolvi lir-residenti biex jieħdu ħsieb il-binja fejn joqogħdu, iżommu l-indafa u jirrispettaw lill-ġirien, iħarsu l-paċi u jeliminaw il-piki u l-vandaliżmu. Dan kollu qed isir biex meta ssir il-manutenzjoni fil-komun tal-binjiet, ir-residenti jkunu kapaċi jieħdu ħsieb u japprezzaw ix-xogħlijiet li jkunu tlestew.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tad-Djar Albert Buttiġieġ qal li dan il-programm qed jaħdem biex ikompli jsaħħaħ u jtejjeb l-ambjent għall-familji, it-tfal u l-anzjani b’mod li jkun assigurat ambjent iktar nadif u bla periklu. Huwa wkoll fl-interess tal-Awtorità tad-Djar li tinħoloq mentalità fejn iċ-ċittadin iħossu parti minn ambjent komuni u nvolut fid-deċiżjonijiet, ir-responsabiltajiet u l-benefiċċji eżistenti.

L-Awtorità tad-Djar nediet ukoll il-fuljett ‘Il-Binja Tiegħi, id-Dar Tiegħi’. Dan il-fuljett edukattiv se jitqassam fil-binjiet fl-oqsma tad-djar kollha tal-Gvern, u huwa intenzjonat biex iħeġġeġ lill-inkwilini jieħdu ħsieb il-binjiet fejn jgħixu daqs li kieku kienu kollha proprjetà tagħhom.


Informazzjoni addizzjonali fuq ‘Il-Binja Tiegħi, id-Dar Tiegħi’

F’kull binja fl-oqsma tad-Djar, qed titwaqqaf assoċjazzjoni tar-residenti kif stipulat bil-liġi. L-għan ta’ din l-assoċjazzjoni ser ikun li tipprovdi għall-manutenzjoni u t-tindif tal-binja, kif ukoll biex tiffaċilita l-komunikazzjoni bejn l-Awtorità tad-Djar, il-Kunsilli Lokali u r-residenti.

Ir-responsabbiltajiet tal-assoċjazzjonijiiet tar-residenti ser ikunu li jinkoraġixxu lir-residenti sabiex ikollhom sehem attiv ħalli tinżamm l-ordni fil-binja u biex ix-xogħol ta’ manutenzjoni u rranġar isir bi qbil bejn ir-residenti. 

L-Amministratur tal-Assoċjazzjoni tar-residenti jingħata inċentiv talli jieħu/tieħu din ir-responsabbiltà. Dan l-inċentiv ser ikun f’forma ta’ ħlas ta’ €150 fis-sena u żieda addizzjonali ta’ €10 fis-sena għal kull appartament ieħor f’każ li jkun hemm iktar minn 12-il appartament fil-binja.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  Report by the Auditor General on the Workings of Local Government for the year 2025

PR262016en

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE Report by the Auditor General o...

More Press Releases Right arrow