Left arrow Mur Lura

ĦATRA TAL-LIBRAR NAZZJONALI U ŻEWĠ DEPUTATI LIBRARA

pr0222
Date Icon 03/02/2012

Is-self ta’ kotba mil-Libreriji Pubbliċi żdied bi 13%

Waqt żjara li għamlet fil-Librerija Pubblika Ċentrali fil-Furjana, il-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol, Dolores Cristina, ħabbret il-ħatra tal-Librar Nazzjonali u żewġ Deputati Librara Nazzjonali kif titlob il-Liġi dwar il-Libreriji Pubbliċi li kienet approvata mill-Parlament tard is-sena li għaddiet.

Wara proċess ta’ għażla, Oliver Mamo inħatar bħala Librar Nazzjonali u se jkollu r-responsabbiltà għat-tmexxija ta’ dan il-qasam.  Inħatru wkoll żewġ Deputati Librara Nazzjonali, Joanne Sciberras li se tkun responsabbli mil-Librerija Nazzjonali – il-Biblijoteka; u Cheryl Falzon li se tkun inkarigata mil-Libreriji Pubbliċi mferrxa ma’ Malta u Għawdex.

Il-Ministru qalet li wieħed issa jistenna li dan il-qasam ikompli miexi ‘l quddiem kemm fejn tidħol il-Biblijoteka Nazzjonali kif ukoll il-libreriji reġjonali u lokali li għandhom iservu bħala ċentri fil-komunitajiet fejn isiru attivitajiet li jħajru lit-tfal u l-adulti jsiru jħobbu aktar il-qari u l-ktieb.

Hi fakkret li sentejn ilu, bl-għajnuna tal-Kunsilli Lokali, tnidiet kampanja biex aktar nies jitħajru jagħmlu użu mil-libreriji pubbliċi biex jissellfu l-kotba.  Jidher  li din il-kampanja bdiet tagħti l-frott għax is-self ta’ kotba mil-libreriji bejn l-2009 u din is-sena żdied b’aktar minn 13%.

Mil-librerija ċentrali kienu mislufa aktar minn 41,000 ktieb aktar minn sentejn ilu, mil-libreriji reġjonali żdiedu b’14,000 u mil-libreriji lokali żdiedu bi 30,000.

Barra mill-Biblijoteka Nazzjonali u l-Librerija Pubblika Ċentrali hawn ukoll 7 libreriji reġjonali u 38 librerija f’diversi lokalitajiet f’Malta u 10 oħra f’Għawdex li fil-parti l-kbira tagħhom jitmexxew mill-Kunsilli Lokali.

Fattur ieħor li kkontribwixxa biex kiber dan l-interess fil-libreriji hu l-fatt għal dawn l-aħħar tliet snin, il-Gvern ivvota €100,000 kull sena, biex jinxtraw aktar kotba għal-libreriji u allura kibret l-għażla ta’ kotba li wieħed jista’ jissellef.

Il-Ministru Cristina qalet li s-sena li għaddiet ukoll tpoġġiet l-infrastruttura meħtieġa biex illum għandna l-libreriji kollha “on-line”.  Dan ifisser li persuna mid-dar tagħha tista’ tara f’liema librerija jinsab il-ktieb li jkun jixtieq jissellef, jew jekk hu misluf,  meta se jkun lura l-librerija biex wieħed ikun jista’ jisselfu.

Fi tmiem din iż-żjara, uffiċjali mill-Breast Cancer Support Group għamlu donazzjoni ta’ numru ta’ kopji tal-ktieb “The Year of the Pale Sun Flower” biex jitpoġġew fil-Liberiji kollha.  Dan il-ktieb hu indirizzat għat-tfal biex jagħmilhom aktar konxji tal-marda tal-kanċer tas-sider, kif nistgħu nipprevjenu din il-marda u kif wieħed għandu jiffaċċjaha.  Il-Ministru rringrazzjat lill-grupp għal din id-donazzjoni.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  Report by the Auditor General on the Workings of Local Government for the year 2025

PR262016en

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE Report by the Auditor General o...

Aktar Stqarrijiet Right arrow