AKTAR XOGĦOL TA’ RESTAWR FIL-BINI TAL-BIBLIJOTEKA NAZZJONALI
Wara li f’dawn l-aħħar snin sar xogħol estesniv ta’ restawr tal-faċċata u l-portiku tal-Biblijoteka, jinsab għaddej ix-xogħol ta’ restawr fuq il-bini minn ġewwa.
Waqt żjara li saret mill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali, George Pullicino, ġie spjegat li x-xogħol fuq ġewwa jikkonsisti fost oħrajn f’xogħol fuq arma ta’ żmien l-Ingliżi, tindif u manutenzjoni tas-suffett, restawr ta’ numru ta’ kmamar, restawr tal-ixkafef tal-kotba u xogħol ta’ restawr fuq il-ħitan tat-taraġ u balavostri fl-entratura tal-Biblijoteka.
Il-Gvern fl-aħħar snin telaq bi programm biex jirrestawra fost oħrajn erbgħa mill-ġojjelli prinċipali li nsibu fil-Belt Kapitali; dawn huma l-Berġa ta’ Kastilja, il-Palazz tal-Gran Mastru, il-Biblijoteka Nazzjonali, u l-Katidral ta’ San Ġwann. Apparti dawn fil-Belt Kapitali sar xogħol ta’ restawr fuq numru ta’ kapelli fosthom dik ta’ Santa Katarina tal-Italja, il-Victoria Gate, u programm estensiv ta’ restawr ta’ Swar fost oħrajn.
Stqarrijiet Oħra:
PR262017
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...
PR262016en