STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U AFFARIJIET PARLAMENTARI - L-allokazzjoni għall-Kunsilli Lokali żdiedet b’ 27% tul l-aħħar erba’ snin
Il-Ministeru għall-Intern u Affarijiet Parlamentari jirreferi għal rapport li deher fil-faċċata tal-ġurnal l-Orizzont tal-lum.
Għall-kuntrarju tal-impressjoni li jagħti r-rapport inkwistjoni s-somma li ġiet allokata għall-kunsilli lokali din is-sena żdiedet bi kważi €1,500,000 mit-€30,010,000 li kien hemm allokati fis-sena 2011 għal €31,500,000. Dan ifisser li l-Kunsilli Lokali qed jirċievu medja ta’ aktar €22,000 aktar kull wieħed meta wieħed iqabbel mal-allokazzjoni li ingħataw għas-sena 2011.
Ta’ min ifakkar ukoll li tul din il-leġiżlatura, il-Gvern żied l-allokazzjoni għall-Kunsilli kull sena wara l-oħra. Fil-fatt l-allokazzjoni għal din is-sena hija aktar minn €6.5 miljuni, jew 27% ogħla mill-ammont ta’ madwar €24 miljun li kienu allokati għall-Kunsilli Lokali fis-sena 2008.
Stqarrijiet Oħra:
PR262017
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...
PR262016en