STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-AFFARIJIET RURALI - Il-Gvern itenni li l-proġett nazzjonali għal kontra l-għargħar ser jinbeda din is-sena
Wara li fl-aħħar snin kellhom isiru numru ta’ studji fuq proġett tekniku biex itaffi l-problemi tal-għargħar f’pajjiżna din is-sena wara li nħarġu l-permessi kollha meħtieġa mill-MEPA, se jinbeda dan il-proġett. Dan il-proġett se jara fost oħrajn bini ta’ 11-il km ta’ mini taħt l-art biex minnhom jgħaddi l-ilma ta’ maltempati kbar; waqt li meta tagħmel xita ta’ intensita medja jkun jista’ jinġabar mas-700,000 metru kubu ta’ ilma tax-xita fis-sena, mill-istess mini.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet illum, l-Oppozizzjoni remiet snin ta’ ħidma ta’ nies tekniċi kemm Maltin kif ukoll esperti barranin li ħadmu biex illum ninsabu f’pożizzjoni li jkun jista’ jinbeda x-xogħol innifsu f’Birkirkara, l-Imsida, Ħal Balzan, il-Gżira, Wied il-Għajn, Ħaż-Żabbar, Ħaż-Żebbuġ, Ħal-Qormi u l-Marsa.
Fost l-istudji li kellhom isiru, u li tlestew, qabel proġett ta’ din l-iskala seta’ jitressaq biex jiġi kkunsidrat għall-fondi mill-UE, kif rikjest mill-istess Unjoni Ewropea; fost studji oħra kien hemm il-Pjan Nazzjonali għall-Immaniġġjar tal-Ilma tax-Xita (Storm Water Master Plan), Strategic Environmental Assessment (SEA) u studji ambjentali (Environmental Impact Assessment) ta’ wħud minn dawn il-proġetti li huma dokumenti pubbliċi.
Il-proposti tal-Proġett Nazzjonali għat-taffija tal-Għargħar, kif nafuh illum, setgħu jiġu finalizzati biss b’dawn l-istudji u wara dan il-proċess setgħu jitressqu applikazzjonijiet għall-iżvilupp quddiem il-MEPA.
L-iżvilupp innifsu ser jinkludi t-tħaffir ta’ numru ta’ mini fil-fond taħt l-art u titjib fil-kanali, pontijiet u culverts jew infrastruttura oħra. Fil-fatt fil-Gżira bħala parti minn dan il-proġett, se tinbena riżerva ta’ madwar 10,000 metru kubu ta’ ilma li jkunu ġejjin minn Wied Għollieqa u li fih ukoll jista’ jintefa’ aktar ilma mill-mini tal-proġett ta’ kontra l-għargħar. Dan għaliex din ir-riżerva tal-Gżira għandha sservi biex l-ilma minn hemm, jiskula fil-water table.
Dan il-proġett li hu propost għall-ko-finanzjament mill-Unjoni Ewropea taħt il-programm ERDF, għandu jseħħ b’investiment ta’ madwar €56 miljun, bir-rata ta’ ko-finanzjament tkun ta’ 85% fondi Ewropej u 15% minn fondi nazzjonali.
Stqarrijiet Oħra:
PR262017
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...
PR262016en