Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-AFFARIJIET RURALI - Il-Gvern itenni li l-proġett nazzjonali għal kontra l-għargħar ser jinbeda din is-sena

pr0213
Date Icon 01/02/2012

Wara li fl-aħħar snin kellhom isiru numru ta’ studji fuq proġett tekniku biex itaffi l-problemi tal-għargħar f’pajjiżna din is-sena wara li nħarġu l-permessi kollha meħtieġa mill-MEPA, se jinbeda dan il-proġett. Dan il-proġett se jara fost oħrajn bini ta’ 11-il km ta’ mini taħt l-art biex minnhom jgħaddi l-ilma ta’ maltempati kbar; waqt li meta tagħmel xita ta’ intensita medja jkun jista’ jinġabar mas-700,000 metru kubu ta’ ilma tax-xita fis-sena, mill-istess mini.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet illum, l-Oppozizzjoni remiet snin ta’ ħidma ta’ nies tekniċi kemm Maltin kif ukoll esperti barranin li ħadmu biex illum ninsabu f’pożizzjoni li jkun jista’ jinbeda x-xogħol innifsu f’Birkirkara, l-Imsida, Ħal Balzan, il-Gżira, Wied il-Għajn, Ħaż-Żabbar, Ħaż-Żebbuġ, Ħal-Qormi u l-Marsa. 

Fost l-istudji li kellhom isiru, u li tlestew, qabel proġett ta’ din l-iskala seta’ jitressaq biex jiġi kkunsidrat għall-fondi mill-UE,  kif rikjest mill-istess Unjoni Ewropea; fost studji oħra kien hemm il-Pjan Nazzjonali għall-Immaniġġjar tal-Ilma tax-Xita (Storm Water Master Plan), Strategic Environmental Assessment (SEA) u studji ambjentali (Environmental Impact Assessment) ta’ wħud minn dawn il-proġetti li huma dokumenti pubbliċi.

Il-proposti tal-Proġett Nazzjonali għat-taffija tal-Għargħar, kif nafuh illum, setgħu jiġu finalizzati biss b’dawn l-istudji u wara dan il-proċess setgħu jitressqu applikazzjonijiet għall-iżvilupp quddiem il-MEPA.

L-iżvilupp innifsu ser jinkludi t-tħaffir ta’ numru ta’ mini fil-fond taħt l-art u titjib fil-kanali, pontijiet u culverts jew infrastruttura oħra. Fil-fatt fil-Gżira bħala parti minn dan il-proġett, se tinbena riżerva ta’ madwar 10,000 metru kubu ta’ ilma li jkunu ġejjin minn Wied Għollieqa u li fih ukoll jista’ jintefa’ aktar ilma mill-mini tal-proġett ta’ kontra l-għargħar. Dan għaliex din ir-riżerva tal-Gżira għandha sservi biex l-ilma minn hemm, jiskula fil-water table.

Dan il-proġett li hu propost għall-ko-finanzjament mill-Unjoni Ewropea taħt il-programm ERDF, għandu jseħħ b’investiment ta’ madwar €56 miljun, bir-rata ta’ ko-finanzjament tkun ta’ 85% fondi Ewropej u 15% minn fondi nazzjonali.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  Report by the Auditor General on the Workings of Local Government for the year 2025

PR262016en

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE Report by the Auditor General o...

More Press Releases Right arrow