Left arrow Mur Lura

IL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX JIFFINANZJA PROĠETTI TAL-ORATORJU DON BOSCO

PR0202
Date Icon 31/01/2012

Ix-xiri u l-installazzjoni ta’ lift u l-bdil ta’ bozoz għal dawk li jikkunsmaw inqas enerġija fl-Oratorju Don Bosco fir-Rabat Għawdex, kienu żewġ proġetti mwettqa mill-Oratorju Don Bosco b’għajnuna finanzjara ta’ kważi €50,000 mill-Ministeru għal Għawdex, permezz tal-iskema ta’ eko-Għawdex għall-Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi Għawdxin.

Waqt li inawgurat dawn il-proġetti fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, il-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono faħħret l-inizjattiva ta’ Fr Effie Masini u l-kollaboraturi l-oħra tal-Oratorju Don Bosco li ħadu din l-inizjattiva. Żiedet tgħid li dawn il-proġetti jindirizzaw kemm l-aspett ambjentali kif ukoll dak soċjali tal-viżjoni eko-Għawdex. Il-Ministru Giovanna Debono qalet li permezz ta’ dawn il-proġetti, l-Oratorju ser itejjeb l-inklużjoni soċjali permezz ta’ titjib fl-aċċessibilità, filwaqt li ser joffri ambjent aktar sostenibbli lit-tfal, żgħażagħ u familji minn madwar Għawdex kollu, li ta’ sikwit jattendu għall-attivitajiet reliġjużi, kulturali u sportivi li joffri dan l-Oratorju.

Il-Ministru għal Għawdex sostniet li dawn il-proġetti ser ikunu jfissru carbon footprint iżgħar bil-għan li jintlaħqu l-għanijiet ta’ żvilupp sostenibbli fil-qasam ambjentali, u ffaċilitar fl-aċċess ta’ persuni b’diżabilità, l-anzjani u ommijiet bi trabi.  L-Onor. Giovanna Debono wriet is-sodisfazzjon tagħha li permezz ta’ dawn il-faċilitajiet f’dan l-oratorju, ser jibbenefika Għawdex kollu. Hija awgurat li dawn il-proġetti jirriżultaw ukoll f’aktar ħidma sfieqa b’risq is-soċjetà Għawdxija.

L-inawgurazzjoni ta’ dan il-proġett saret fl-istess jum li l-Oratorju Don Bosco kien qed jiċċelebra l-festa tal-Qaddis Patrun tat-tfal u ż-żgħażagħ, Don Bosco.

L-Oratorju Don Bosco kien wieħed minn 37 Organizzazzjoni mhux Governattiva f’Għawdex li bbenefika minn għajnuna finanzjarja taħt l-iskema ta’ eko-Għawdex għall-NGOs Għawdxin u li permezz tagħha twettqu 38 proġett.  Permezz tal-iskema għall-NGOs u oħra għall-Kunsilli Lokali u Kumitati Amministrattivi, Għawdex qed igawdi minn investiment ta’ €2 miljun fi proġett diversi madwar Għawdex kollu.

Il-Ministeru għal Għawdex kien strumentali wkoll fix-xogħol li sar fil-grawnd tal-Oratorju Don Bosco fl-2008, li sewa ta’ benefiċċju kbir fl-attivitajiet li ttellgħu f’dan l-Oratorju matul l-aħħar snin. Permezz tal-għajnuna finanzjarja mill-Ministeru għal Għawdex, il-grawnd kien ġie miksi b’turf artifiċjali, ġew ristrutturati l-faċilitajiet sanitarji u d-dressing rooms, il-faċilitajiet ġodda ġew jinkludu pitch għal-logħbiet 7-a-side li jinkorpora żewġ pitches għal-logħbiet 5-a-side, filwaqt li twaħħlu dwal ġodda.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  Report by the Auditor General on the Workings of Local Government for the year 2025

PR262016en

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE Report by the Auditor General o...

Aktar Stqarrijiet Right arrow