Left arrow Mur Lura

AKTAR MINN 8 MILJUN EWRO F’ASSISTENZA LILL-GĦAQIET SPORTIVI KOMMESSI GĦAL DIN IS-SENA

PR0188
Date Icon 28/01/2012

Titqassam l-assistenza finanzjarja annwali lill-għaqdiet sportivi u jitħabbar il-pjan ta’ ħidma għall-isport għall-2012

L-Onor Clyde Puli, Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport dalgħodu qassam l-assistenza finanzjarja annwali lill-għaqdiet sportivi. Din l-assistenza tqassmet waqt business breakfast imtella’ mill-Kunsill Malti għall-Isport fil-Kumpless Sportiv tal-Kottonera fil-preżenza tal-għaqdiet sportivi Nazzjonali.

Waqt id-diskors tiegħu l-Onor Puli sostna li filwaqt li s-sena li għaddiet l-għajnuna mogħtija lill-għaqdiet sportivi li kienet tammonta għal €5.5miljun, din is-sena l-Gvern qiegħed jikkommetti s-somma rekord ta’ €8 miljun. Huwa tenna li din l-għajnuna tingħata ta’ kull sena bil-għan li għaqdiet sportivi jkunu jistgħu iwettqu l-ħidma tagħhom matul is-sena filwaqt jgħinu lill-Gvern fil-missjoni tiegħu ta’ tixtil ta’ kultura sportiva. 

Qabel din il-preżentazzjoni l-Onor Puli ippreżenta l-ħidma tal-Gvern għal matul l-2011 u l-pjan ta’ ħidma għall-2012.

Huwa tenna li s-sena 2011 kienet ikkaratterizzata minn għadd ta’ suċċessi sportivi mill-atleti tagħna kif wkoll bil-ħidma u inizjattivi tal-Gvern fil-qasam sportiv. Fejn matul l-2011 il-Gvern:

• Lesta l-Kumpless Sportiv ta’ Ħal Kirkop b’investiment ta’ €3.5 miljun
• Lesta aktar grawnds tal-futbol bi sħab mall-MFA, mill-2008 se jkunu tlestew total ta’ 33 grawnd
• Għaddha aktar art pubblika lill-għaqdiet sportivi li biex issa għandna 111-il għaqda minn 124 biċċa art b’valur ta’ 46 miljun ewro
• Għaddha madwar  €5.5 miljun f’assistenza lill-għaqdiet sportivi
• Nieda l-Linji Gwida għall-Protezzjoni tat-Tfal fil-Isport
• Waqqaf l-Aġenzija Nazzjonali ta’ kontra d-doping
• Saħħaħ l-iSport Promotion Unit (SPU) b’aktar għalliema, aktar kowċis u aktar programmi biex jintlaħqu aktar tfal fl-iskejjel
• SkolaSport qed niddeċnetralizzawha mill-Marsa u nferxuha f’ċentri ġodda bil-għan li l-programm ikun aktar aċċessibbli fil-komunita’. Din is-sena dan il-programm kellu l-aqwa partecipazzjoni fl-aħħar 10 snin.
• Il-programmi l-oħra tal-isport tal-KMS kellhom 9,000 parteċipant
• Waqqaf unit fl-Armata, ta’ Atleti li xogħolhom jitħarrġu u jikkompetu għal pajjiżna
• Nieda l-iskema 20/20 Sports Training Scheme għall-atleti li jaħdmu fis-settur privat billi qed inħalsuhom talli jnaqqsu mill-ħin tax-xogħol biex jitħarrġu.
• Estenda l-iskema tal-iSports Leave għall-ħaddiema tas-settur pubbliku ġiet estiża wkoll għall-avvenimenti internazzjonali li jkunu qed jiġu organizzati f’Malta.

Hu qal li għas-sena 2012 il-Gvern se jissokta bil-ħidma tagħna tant li:

• Qed jikkommetti tminn miljun ewro f’assistenza lill-għaqdiet sportivi għall-2012
• Qed isaħħaħ l-iskema biex jinċentiva l-ħolqien ta’ niċċa ta’ Turiżmu Sportiv, minn €100,000 fl-2009 għal allokazzjoni ta’ €400,000 fl-2012
• Se jiftaħ skola ġdida tal-isport, biex uliedna jirnexxu fl-isport ukoll
• Se jiftaħ tlett Outdoor Fitness Centres oħra f’Ħ’Attard, f’Ħal Qormi u l-Mellieħa
• Se jniedi boroż ta’ studju fil-qasam sportiv
• Se jalloka €350,000 biex tiġi żviluppata korsa għat-taħriġ u l-kompetizzjonijiet tal-karting, mini moto, quad bikes, motards, scooters, kif ukoll għal tuning ta’ vetturi li jipparteċipaw fil-hill climb.
• Se jibni żewġ basketball training courts oħra
• Se jibni aktar grawnds bit-turf sintetiku
• Se jibni pixxina f’Birżebbugia u oħra f’Għawdex
• Se jiedi kodiċi ta’ etika għall-sportivi
• Se jniedi coaching policy għall-konsultazzjoni

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  Report by the Auditor General on the Workings of Local Government for the year 2025

PR262016en

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE Report by the Auditor General o...

Aktar Stqarrijiet Right arrow