IL-MONTI TAL-ĦADD JIĊĊAQLAQ GĦAL ĦDEJN IL-PARK AND RIDE
Tingħata prijorità lill-aċċessibbilità fil-proċess tar-rilokazzjoni.
Minn nhar il-Ħadd 6 ta’ Frar 2011, il-Monti tal-Ħadd mhux ser jibqa’ jarma ġewwa l-Foss ta’ San Ġakbu, Valletta, fejn dalwaqt ser jibda x-xogħol ta’ bini tat-Terminus il-ġdid tal-Belt. Il-Monti ser jibda jarma ħdejn il-Park and Ride, limiti tal-Floriana, fiż-żona kif immarkata fil-pjanta annessa ma’ din l-istqarrija.
Is-Segretarjat Parlamentari għal Negozji Żgħar u Artijiet ħa ħsieb li din iċ-ċaqlieqa jkollha l-inqas effett fuq il-bejjiegħa tal-monti u l-pubbliku li jinqeda minnu, u mexxa diskussjonijiet bil-għan li jinstab qbil bejn il-partijiet effettwati. L-aċċessibbilità tal-Monti kienet priorità biex dawn l-operaturi ma jkollhomx effett negattiv fuq il-bejgħ tagħhom.
Dan l-iżvilupp huwa riżultat ta’ diskussjonijiet immexxija mis-Segretarjat Parlamentari għal Negozji Żgħar u Artijiet, mal-Kunsill Lokali tal-Floriana, ir-rappreżentanti taż-żewġ għaqdiet tal-bejjiegħa, kif ukoll Transport Malta u l-Pulizija.
Ġie assigurat li din iż-żona l-ġdida għall-monti ser tkun aċċessibbli għall-pubbliku li jiffrekwentah permezz tat-trasport pubbliku bir-rotta 198, kif ukoll ix-shuttle service tal-park and ride li topera minn u lejn il-Belt.
Bħalissa għaddejin il-preparamenti biex jibda x-xogħol fuq it-terminus il-ġdid tal-Belt ġewwa l-Foss ta’ San Ġakbu, bħala parti mir-riforma tat-Trasport Pubbliku.
Stqarrijiet Oħra:
PR262017
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...
PR262016en