Left arrow Mur Lura

INTRODOTT SERVIZZ LI SE JAGĦTI AĊĊESS GĦAR-RIŻULTATI TA’ EŻAMIJIET MEDIĊI FUQ L-INTERNET

PR0171
Date Icon 25/01/2012

Waqt konferenza tal-aħbarijiet fi klinika privata, il-Ministru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita’ l-Onor. Joe Cassar nieda is-servizz MY Health.  Permezz ta’ dan is-servizz, li huwa sistema online, il-pazjenti ser ikollhom aċċess għar-riżultati tal-eżamijiet mediċi tagħhom stess fuq l-internet.  Il-pazjent ser ikun jista’ jagħżel it-tabib jew tobba tiegħu mil-lista ta’ tobba li huma liċenzjati li jaħdmu f’pajjiżna.  Ladarba dan isir, it-tabib magħżul jew tobba magħżula ser ikollhom aċċess għal din l-informazzjoni medika.

Il-Ministru Joe Cassar spjega kif dan huwa pass ieħor importanti fl-istorja tas-servizzi tas-saħħa hekk kif permezz tal-MY Health, se tissaħħaħ ir-relazzjoni bejn is-servizzi tas-saħħa tal-pajjiż u dawk tal-privat.

Il-Ministru qal li l-politika tal-Gvern fil-qasam tas-saħħa dejjem kienet dik li jtejjeb il-livell mhux biss tal-kura li tingħata imma wkoll tal-infrastruttura. Hu qal li, il-MY Health hija r-riżultat ta’ din il-politika u li, apparti vantaġġi oħra, din se sservi bħala punt ta’ referenza għall-pazjenti u allura jfisser li l-persuna tkun tista’ tieħu aktar ħsieb ta’ saħħitha,  għax id-deċiżjonijiet dwar is-saħħa jkunu bbażati fuq ir-riżultati mediċi.

Filwaqt li rringrazzja lill-dawk kollha involuti, b’mod partikolari lil  MITA, il-Ministru qal li l-Proġett MY Health tlesta fi żmien sena u sar b’investiment ta’ €350,000.

Dr Hugo Agius Muscat, National ehealth Coordinator, qal li l-ewwel pass irid jagħmlu il-pazjent, li wara li jirreġistra għal e-id, ikun jista’ jidħol fis-sit u minn hemm jgħażel tabib / tabiba mil-lista ta’ tobba liċenzjati.  Hu qal li l-għażla mhix limitata għal tabib wieħed biss u li b’dan il-mod il-pazjent ikun qiegħed jagħti permess lit-tabib / tobba li jkun għażel, biex ikollhom aċċess għar-riżultati mediċi tiegħu.

Is-sit, www.myhealth.gov.mt se jkun għad-dispożizzjoni tal-pubbliku sa mill-31 ta’ Jannar 2012.  Dr Agius Muscat qal li filwaqt li l-ewwel dokumenti li se jkunu disponibbli huma l-Hospital Case Summaries (discharge letters), fil-ġimgħat ta’ wara, gradwalment, se jkun hemm ukoll riżultati tal-laboratorji varji, dawk ta’ medical imaging, u anke informazzjoni relatata ma’ mediċini li wieħed jista’ jiġbor mill-iskema Spiżerija tal-għażla tiegħek.  Fl-aħħar fażi tiżdied ukoll informazzjoni dwar appuntamenti fl-isptarijiet tal-Gvern u ċentri tas-Saħħa. Il-Proċess kollu mistenni jieħu ftit xhur.

Il-Ministru Joe Cassar saħaq li għal darb’oħra, pajjiżna huwa wieħed mill-ewwel pajjiżi Ewropej li fiħ qiegħed isir avvanz daqshekk prominenti fis-saħħa.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  Report by the Auditor General on the Workings of Local Government for the year 2025

PR262016en

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE Report by the Auditor General o...

Aktar Stqarrijiet Right arrow